Barranin
L-ewro jitbaxxa għall-inqas rata f’4 xhur kontra d-dollaru

Muniti

Tnaqqis fir-rata tal-ewro kontra d-dollaru għall-inqas rata f’erba’ xhur qajjem il-prospett tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ waħda mill-fatturi makro-ekonomiċi tad-dinja u potenzjalità ta’ rata mill-ġdid tad-dollaru madwar il-globu. Wara li kienet stabilixxa ruħu fl-iktar firxa dejqa fil-20 sena tiegħ, l-aħħar waqgħa tal-ewro fil-ġimgħa li għaddiet tqajjem tħassib dwar tnaqqis usa.

L-ekonomija Amerikana qegħda tmur aħjar mill-kontro-parti Ewropea waqt li l-impatt tal-coronavirus fuq l-ekonomija Ċiniża u b’konsegwenza fuq l-ekonomija Ġermaniża, l-akbar ekonomija fl-Ewropa, għad irid ikun stabbilit.

L-Isterlina llum gawdiet xi serħan wara li t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż ma wera ebda bidla fir-rab’ kwart tal-2019 minkejja l-aspettattivi tas-swieq li ser ikun inqas.

Iżda l-munita baqgħet qrib l-inqas livelli għal din is-sena fost l-inċertezza dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea. Statistika preliminari għar-raba kwart tal-2019 turi li l-prodott domestiku gross kiber b’1.1% minn sena għal sena, l-istess bħat-tliet xhur ta’ qabel.

Indiċi

L-ishma Ewropej llum laħqu livell għoli rekord hekk kif in-numru ta’ każi tal-coronavcirus naqsu fiċ-Ċina u l-fabbriki tal-pajjiż bil-mod il-mod bdew ix-xogħol, u b’hekk taffew xi ftit mit-tħassib dwar l-impatt fit-tul fuq l-ekonomija globali.

L-S & P 50 u n-Nasdaq kienu mistennija jilħqu livelli għolja rekord fil-ftuħ tan-negozju llum wara li konsulent ewlieni dwar is-saħħa Ċiniż qal li l-imxija tal-virus tista’ tistabbilizza ruħha fil-ftit ġimgħat li ġejjin, waqt li l-ishma tal-kumpanija Sprint żdiedu bil-qawwi wara li rebħu l-approvazzjoni ta’ imħallef biex tingħaqad ma’ T-Mobile.

Stocks Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, it-Trident Estates tilfu 3.95%, il-Bank of Valletta naqsu bi 2.78%, l-International Hotel Investments tbaxxew b’1.84%, il-Malita Investments tbaxxew għal €0.89 kull sehem, tnaqqis ta’ 1.11%. Il-GO tilfu 0.48%. F’territorju pożittiv kienu l-HSBC Bank Malta b’0.96% u l-Gobal Capital b’7.14%.

Bonds Lokali 

Fis-sessjoni tal-bonds lokali,il-Hili Finance Company 2029 tilfu 2%, l-International Hotel Investments 2026 tbaxxew b’0.72%, u l-Mercury Projects Finance 2027 tilfu 0.49%.

F’territorju pożittiv kienu is-Central Business Centres 2021 b’0.44%, il-Hal Mann Vella Group 2024 b’0.48%, is-6PM Holdings 2025 b’0.93% u l-Bortex Group Finance 2027 bi 2.45%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt għola ‘l fuq minn $54 kull barmil u irkupra mill-inqas prezz fi 13-il xahar hekk kif beda jbatti l-għadd ta’ dawk milquta mill-coronavrisu fiċ-Ċina, uy dan naqqas it-tħassib dwar tnaqqis fid-domanda fit-tul għaż-żejt.

L-għadd ta’ imwiet bil-virus qabeż l-1,000 waqt li n-numru ta’ każi konfermati tbaxxa. Skond il-konsulent ewlieni Ċiniż l-epidemija tista’ tilħaq il-quċċata fi Frar, tistabbilizza ruħhau imbagħad tibda tbatti.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa hekk kif żdiedu l-ishma Ewropej għal livelli għolja rekord u d-dollaru laħaq l-ogħla rata f’erba’ xhur.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus,…

Barranin

Muniti Id-dollaru żamm qrib l-ogħla rata llum minħabba li qed jikbru t-tamiet li naqset l-imxija tal-coronavirus, u dan inkoraġixxa lill-hedge funds li jkabbru x-xiri tad-dollaru li qed irendi bil-bosta. Il-coronavirus…

Lokali

Id-dollaru żamm qrib l-ogħla rata tiegħu kontra l-yen wara statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti qabel ma joħroġ ir-rapport ewlieni dwar l-impjiegi. Il-yuan tbaxxa u s-swieq finanzjarji baqgħu fuq ix-xwiek hekk…

Barranin

Muniti Il-yuan offshore taċ-Ċina tbaxxa għall-inqas livell f’aktar minn seba’ ġimgħat. Il-Frank Żvizzeru kellu movimenti imħallta, tilef kontra d-dollaru iżda żdied bi ftit kontra l-ewro. Id-dollaru rkupra aktar minn 1%…

Aktar