Barranin
L-Ewro – jitbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur

L-Ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur għax l-investituri qed juru tħassib dwar it-talbiet tal-partiti populisti li mistennija jiffurmaw gvern fl-Italja u hekk kif żieda ġdida fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan kabbru d-domanda għad-Dollaru.

L-Isterlina rkuprat għal ftit ħin b’nofs punt perċentwal fil-mija kontra d-Dollaru wara li rapporti fil-midja qalu li r-Renju Unit ser jgħid lil Brussell li kien lest jibqa’ fl-unjoni doganali tal-Unjoni Ewropea wara l-arranġament tranżitorju.

Il-volatilità fis-swieq finanzjarji ma tantx dehret llum bl-ikbar ċaqliq kien ta’ 0.17% tal-Ewro kontra d-Dollaru.

Kien jum pożittiv għall-ishma llum, b’eċċezzjoni kien is-suq Amerikan li tilef 0.41% fil-ftuħ. Id-DAX u l-CAC 40 it-tnejn żdiedu aktar minn 0.5%. L-indiċi lokali wkoll rreġistra żieda ta’ 0.21%.

Il-Malta Properties Company u l-GlobalCapital żdiedu bi 8.5% u 6.25% rispettivament, ferm aktar miż-żidiet reġistrati mill-Malita Investments, il-MIDI u l-MIA.  F’territorju negattiv kien hemm l-International Hotel Investments u l-RS2 Software b’dawn tal-aħħar jitilfu 1.5%.

Il-movimenti fis-suq tal-bonds lokali kienu aktar modesti bl-International Hotel Investments u l-Mariner 2024 jiżdiedu b’aktar minn 1%. Il-Hudson Malta u Farsons tilfu kważi 1%.

Il-prezzijiet taż-żejt laħqu t-$80 għall-ewwel darba minn Novembru 2014 minħabba tħassib dwar l-esportazzjoni Iranjana li tista’ titbaxxa minħabba sanzjonijiet Amerikani li b’hekk tnaqqas l-provvista f’suq diġà nieqes fil-provvista.

Il-prezzijiet bil-quddiem għaż-żejt mhux maħdum Brent laħqu it-$80.18 qabel tbaxxew għal $79.68.

Id-deheb tbaxxa għall-inqas prezz f’aktar minn sena hekk kif żieda oħra fil-bonds Amerikani u tħassib  dwar il-qagħda politika fl-Italja żammew lid-Dollaru qrib l-ogħla livell ta’ din is-sena.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa aktar minn 2% din il-ġimgħa minħabba ż-żieda fil-valur tad-Dollaru u fil-bonds Amerikani.

Dħul akbar mill-bonds inaqqsu s-sentiment favur id-deheb.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ewro, baqa’ taħt pressjoni minħabba tilwima fil-koalizzjoni tal-Gvern Ġermaniż u stennija li l-Bank Ċentrali Ewropew ser iżomm l-istess rati ta’ interessi sa sewwa l-2019. L-alleati Bavarjani tal-Kanċellier Merkel jistgħu jisfidawha…

Barranin, Lokali

L-ewro stabbilizza wara t-telf qawwi tal-ġimgħa li għaddiet iżda t-theddida li qed tikber ta’ gwerra kummerċjali globali, tilwima fil-koalizzjoni Ġermaniża u Bank Ċentrali Ewropew aktar iebes fil-politika monetarja kollha tefgġħu…

Barranin

Muniti Il-Bank Ċentrali Ewropew qal illum li ser itemm l-iskema bla preċedent tiegħu ta’ xiri ta’ bonds sa tmiem is-sena, u b’hekk għamel l-akbar pass sabiex iżarma l-istimulu ta’ żmien…

Barranin

Muniti L-Ewro llum ma ċċaqlaqx kontra d-Dollaru u baqa’ jiswa $1.1796 għax is-swieq ftit li xejn raw miżuri konkreti ħerġin mis-summit bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq u qed…

Aktar