Barranin
L-ewro jitbaxxa kontra muniti oħra ewlenin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank

Muniti

L-ewro tbaxxa sewwa wara li statistika minn Franza wriet li l-indiċijiet għas-setturi tas-servizzi tal-manifattura kien inqas minn imbassar. L-ewro tbaxxa taħt id-$1.1800. Il-munita unika tbaxxiet ukoll kontra l-Isterlina, id-Dollari tal-Awstraljan u tal-Kanada, il-Yen u l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

Il-prezzijiet tal-ishma dinjin kellhom bosta ċaqliq wara statistika mill-akbar żewġ ekonomija Ewropej tefgħet dubbji dwar l-irkupru fir-reġjun fost żieda fil-każi tal-coronavirus.

L-ishma tilfu ż-żidiet bikrin qabel ma avvanzaw wara li s-settur tal-manifattura fi Franza bla mistenni ċkien matul Awwissu u tbaxxa wkoll l-indiċi tas-servizzi fil-Ġermanja. Dawn juru l-istat fraġli tal-ekonomija u l-ħtieġa ta’ aktar stimulu.

Barra minn dan, id-dejn nazzjonali tar-Renju Unit laħaq iż-£2 triljuni għall-ewwel darba hekk kif l-ispiża tal-ġlieda kontra l-coronavirus tella’ d-dejn pubbliku akbar mid-daqs tal-ekonomija tar-Renju  Unit.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żammew sod kmieni llum u resqin lejn it-tielet ġimgħa infila ta’ żieda, sostnuta mill-isforzi tal-produtturi ewlenin taż-żejt biex inaqqsu l-produzzjoni fost it-tħassib dwar il-pass tal-irkupru ekonomiku mill-pandemija. Madankollu, il-prezzijiet tbaxxew wara l-ħruġ ta’ statistika negattiva mill-Ewropa.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa taħt l-$2,000 kull uqija. Id-deheb tħabat għal direzzjonijiet fir-reġjun ta’ $1,950 wara li f’nofs il-ġimgħa tbaxxa għal $1,920. Sadattant il-prezzijiet tal-fidda laħqu l-ogħla livell tal-jum wara li tbaxxew għal taħt is-$27.50.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar