Barranin
L-Ewro jitbaxxa mill-ogħla rata għal tliet snin

Muniti Kontra l-Ewro

L-Ewro tbaxxa mill-ogħla rata għal tliet snin għax l-investituri biegħu l-munita minħabba dubju li l-Bank Ċentrali Ewropew jista’ jwarrab il-wegħda tiegħu li jkompli jixtri l-bonds fil-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla.  Sorsi qrib il-Bank qalu lill-Reuters li l-bank ċentrali mhux mistenni li jissikka l-politika monetarja tiegħu daqshekk malajr, għax irid aktar żmien biex jevalwa l-prospetti għall-ekonomija u għall-ewro.

L-Isterlina wkoll tilfet ftit illum kontra d-dollaru wara statistika wriet li l-inflazzjoni fir-Renju Unit tbaxxiet mill-livell għoli tagħha ta’ wara l-vot Brexit, għalkemm il-lira tibqa’ qrib l-ogħla rati mill-voti tal-2016 biex ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea. L-isterlina rkuprat fl-aħħar ġranet hekk kif kibru t-tamiet li xi stati membri tal-Unjoni huma lesti li joffru lir-Renju Unit termini aktar favorevoli meta joħroġ, u l-investituri qed inaqqsu l-biża tar-riskji politiċi u minflok jiffokaw fuq il-prestazzjoni aħjar milli kienet mistennija tal-ekonomija tar-Renju Unit.

Id-Dollaru Awstraljan tbaxxa mill-ogħla rati f’erba xhur hekk kif spekulaturi ħadu l-profitt minn bejgħ tad-Dollaru Amerikan wara bosta sessjonijiet ta’ bejgħ bil-qawwi.

Indiċijiet

L-ishma Ewropej għolew wara li l-aġġornamenti dwar in-negozju mill-kumpaniji saħħaħ is-sentiment, bis-sid tal-Peugeot, il-Grupp PSA, kellu riżultati aħjar milli kien mistenni wara żieda kbira fil-bejgħ is-sena li għaddiet.

L-iSTOXX 50 żdied b’0.53% bil-parti kbira tal-indiċijiet u s-setturi madwar il-kontinent ikunu negozjati f’territorju pożittiv hekk kif l-ewro tilef xi ftit mis-saħħa tiegħu kontra d-Dollaru.

Id-DAX tal-Ġermanja żied 0.82% u d-dar tal-moda Hugo Boss żiedet madwar 1.9% wara li rrappurtat irkupru fit-tkabbir fil-bejgħ fil-ħwienet tagħha, żieda fil-bejgħ bl-internet u irkupru fl-Istati Uniti.

Id-Dow Jones kellu wkoll bidu pożittiv u qabeż il-livell ta’ 26,000. L-indiċi lokali żdied b’0.12%.

Ishma Lokali

Fis-sessjoni tal-ishma lokali il-Malta International Airport żdied b’aktar minn 2% segwit mil-Lombard Bank b’1.74%. L-RS2 Software kien f’territorju negattiv  waqt li l-ishma l-ora kienu negozjati mingħajr ċaqliq fil-prezz.

 Bonds Lokali

Kien hemm aktar bonds li żdiedu fil-prezz milli naqsu fis-sessjoni tal-bonds lokali, iżda ż-żieda perċentwali kienet inqas mit-tnaqqis perċentwali. Virtu Finance  u l-International Hotel Investments kienu fuq quddiem fiż-żieda segwiti minn Stivala Group Finance u l-Bortex Group Finance. F’territorju negattiv kien hemm il-bonds tal-Bank of Valletta 2020 u tal-2019 li tilfu 0.71% u 1.45% rispettivament. L-SD Finance 2027 tilfu 3.32%.

 Indikaturi Ekonomici

 L-aħħar ċifri juri li l-prezzijiet tal-konsumatur fir-Reju Unit żdiedu bi 3% minn sena għal sena matul Diċembru skont it-tbassir u inqas mit-3.1% ta’ Novembru. Dan kien l-ewwel tnaqqis fl-inflazzjoni minn Ġunju.

 Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt mhux maħdum Brent tilef xi ftit miż-żieda ta’ dan l-aħħar u tilef kwazi €1 kull barmil iżda domanda tajba żammet il-prezzijiet qrib is-$70, li qatt ma intlaħaq mil-waqgħa tas-suq fl-2014.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu biex iżomm taħt l-ogħla prezzijiet ta’ erba’ xhur milħuqa fis-sessjoni ta’ qabel, mgħejjuna minn dollaru aktar dgħajjef li kien qribn l-inqas livell fi tliet snin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Barranin

Id-Dollaru qed ikun negozjat biex jirkupra xi ftit fis-sessjoni Ewropea hekk kif is-swieq kienu qed jistennew id-deċiżjoni dwar ir-rata tal-interessi mill-Federal Reserve aktar tard. Illum kien id-Dollaru Awstraljan l-aktar b’saħħtu…

Barranin

Muniti Id-dollaru ddgħajjef wara li l-elezzjonijiet ta’ nofs il-leġiżlatura qasmu lill-Kungress u tappnu l-aspettativi għal stimulu fiskali addizzjonali, waqt li l-yen iddgħajjef kontra l-parti l-kbira tal-muniti rivali hekk kif żdied…

Aktar