L-ewro jitbaxxa wara li l-Bank Ċentrali Ewropew baxxa r-rati tal-interessi

L-ewro tbaxxa taħt id-$1.10 llum wara li l-Bank Ċentrali Ewropew baxxa r-rati tal-interessi u bla mistenni nieda mill-ġdid l-programm ta’ xiri ta’ assi biex ukoll jixpruna t-tkabbir fl-ekonomija taż-żona tal-ewro.

L-investituri kienu stennew tnaqqis fir-rata fil-laqgħa tal-lum, iżda kien hemm inċertezza dwar jekk id-diretturi kienux ser jibdew mill-ġdid il-programm ta’ stimulu wara li xi membri tal-Bank kienu wrew dubbju fl-aħħar ġimgħat dwar il-ħtieġa li jerġa’ jinbeda x-xiri tal-assi.

L-ewro, wara li inizjalment żdied, ħa tisbita sa $1.0955 l-inqas tal-jum u tnaqqis ta’ 0.5% fuq is-sessjoni ta’ qabel hekk kif l-imnvestituri studjaw l-aħbarijiet dwar il-qtugħ tal-interessi u t-tnedija tax-xiri tal-assi. L-ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 28 xahar kmieni dan ix-xahar meta laħaq $1.0926. Wara l-ewro llum żdied għal $1.1010.

Indiċi

L-ishma fl-Ewropa kienu sodi wara li laħqu l-ogħla prezzijiet f’sitt ġimgħat kmieni fis-sessjoni  wara aktar sinjali u tnaqqis ta’ tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina dwar il-kummerċ.

Wall Street kienet mistennija tiftaħ ogħla wara li l-Istati Uniti pposponew żidiet fit-tariffi fuq biljuni ta’ prodotti Ċiniżi u l-Bank Ċentrali Ewropew baxxa r-rati tal-interess fi sforz biex jixpruna t-tkabbir ekonomiku fiż-żona tal-ewro. Fi sforż biex jikkalma t-tensjonijiet kummerċjali li laqtu ħażin ħafna lis-swieq finanzjarji, il-President Trump qal li l-Istati Uniti ser idewwmu l-implimentazzjoni ta’ żieda fit-tariffi fuq $250 Biljun ta’ prodotti Ċiniżi b’ġimagħtejn bħala “pass ta’ rieda tajba”.

Fl-ishma lokali, il-GO tilfu 1.35%; il-Lombard Bank 3.64%, il-Malita Investments b’4.47%.  Il-Malta International Airport għalqu b’żieda ta’ 4%, il-Medserv żdiedu wkoll b’1.63%; il-MIDI tilfu 3.28% u kien hemm żieda ta’ 4.76% f’Simonds Farsons Cisk għal prezz ta’ €11.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holding 2020 tbaxxew b’ 0.49%; l-AX Investments 2024 tilfu 1.75%; in-1923 Investments 2024 avvanzaw b’ 1.79%; l-International Hotel Investments 2026 (it-tieni ħruġ) Fungible żdiedu 0.01%; kien hemm żieda ta’ 0.45% fl-iStivala Group Finance 2029 ta’ 0.14% fil-Mercury Projects Finance 2031.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew illum wara li l-laqgħa tal-OPEC u produtturi sħab ma kellha ebda deċiżjoni dwar qtugħ akbar fil-produzzjoni iżda ffukat minflok biex iġġib il-produzzjoni tan-Niġerija u tal-Iraq lura skont il-kwoti mftehma.  Iż-żejt ġie taħt aktar pressjoni mit-tnaqqis tar-rati tal-interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew għal-livell baxx rekord ta’ -0.5% (zero punt ħamsa taħt iz-zero) minn -0.4% (zero punt erbgħa taħt iz-zero) u ħabbar li ser jerġa jibda x-xiri ta’ assi fl-ammont ta’ 20 biljun ewro kull xahar minn Novembru biex jjqajjem l-ekonomija taż-żona.

Id-deheb żdied illum wara d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, mgħejuna minn tħassib li għadu għaddej dwar it-tkabbir globali, waqt li żieda żgħira fis-swieq finanzjarji, wara tnaqqis fit-tensjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, illimitat iż-żieda fil-prezz.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-moviment fis-swieq finanzjarji llum kienu modesti ħafna, bil-muniti ewlenin jirreġistraw ċaqliq negliġibbli kontra l-ewro. Ċaqliqiet notevoli kienu kontra l-isterlina u l-frank Żvizzeru. L-isterlina żdiedet wara jumejn ta’ telf hekk…

Barranin

Muniti Wara żidiet iniżjali fin-negozju bikri f’Londra, id-domanda għal muniti meqjusa siguri battiet bil-Yen juri żieda ta’ 0.1% kontra l-ewro u l-Frank Żvizzeru kważi bla ebda żieda mal-munita unika. L-Isterlina…

Barranin

Muniti L-isterina ddgħajfet xi ftit illum, iżda mhux wisq ’il bogħod mill-ogħla rata f’sitt xhur kontra l-ewro, hekk kif l-investituri għadhom jaħsbu li l-Konservattivi fil-gvern ser jirbħu l-elezzjoni tax-xahar id-dieħel….

Barranin

Muniti L-ewro żdiedet għall-ogħla rata kontra d-dollaru fi 11-il jum, mgħejjun minn aspettattivi li l-Istati Uniti u ċ-Ċina dalwaqt jiffirmaw ftehim biex itemmu l-gwerra kummerċjali li ħalliet ħafna ħsara. L-ekonomija…

Aktar