Barranin
L-ewro jitla’ għall-ogħla rata fi tliet xhur

Muniti

L-ewro llum tela’ għall-ogħla rata fi tliet xhur wara li l-Bank Ċentrali Ewropew espanda l-istimulu tiegħu aktar milli kien mistenni biex isostni ekonomija li għandha quddiemha l-agħar riċessjoni mit-Tieni Gwerra Dinjija’l hawn.

Il-mossa tal-Bank sostniet is-sentiment għal muniti aktar riskjużi, saħħet lid-Dollaru Awstraljan għall-ogħla livell f’ħames xhur u l-Isterlina aktar mil-livell milħuq matul l-aħħar xahrejn. Il-Bank Ċentrali żdied aktar milli kien mistenni l-iskema ta’ xiri ta’ bonds minħabba l-emerġenza b’€600 biljun għal €1.35 triljun u estenda l-iskema sa nofs l-2021.

L-ewro żdied 0.25% għal $1.1367 kontra d-dollaru Amerikan, l-ogħla rata fi kważi tliet xhur. L-ewro din il-ġimgħa żdied 2.4% u riesaq lejn it-tielet ġimgħa infila ta’ żidiet. Il-fiduċja tal-investitur fil-munita kiber ukoll wara li l-Ġermanja x-xahar li għadda appoġġat l-idea ta’ fond ta’ rkupru mill-Unjoni Ewropea, u warrbet it-tradizzjoni antika li tirreżisti mossa lejn integrazzjoni fiskali fi-żona ewro.

Kontra l-yen, il-munita unika kienet fl-ogħla rata fi 13-il xahar ta’ 124.43 yen. Mal-Frank Żvizzeru, munita meqjusa sikura, laħqet l-ogħla rata f’ħames xhur ta’ 1.08645 frank.

Indiċi

Is-swieq Ewropej illum fetħu ogħla hekk kif l-investituri eżaminaw l-espansjoni tal-istimulu monetarju mill-Bank Ċentrali Ewropew u qed jistennew ir-rapport dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti, eskluża l-biedja, aktar tard fil-jum.

Il-FTSE 100 żdied 0.7% fin-negozju bikri, waqt li d-DAX u l-CAC 40 żdiedu 1.2% u 1.3% rispettivmanet hekk kif il-boroż ewlenin daħlu f’territorju pożittiv. L-irkupru fis-swieq globali ħa pawsa lbieraħ iżda deher li ser jiżdied illum mal-ftuħ mill-ġdid tal-ekonomiji u miżuri ta’ stimulu monetarju sostanzjali sabiex jiżdied is-sentiment ta’ riskju.

Is-swieq qed jimmonitorjaw ukoll il-progress dwar il-vaċċin dwar il-Covid-19 hekk kif l-ekonomiji qed jaħsbu biex jiftħu wara xhur ta’ għeluq minħabba l-pandemija. Il-manifattur Ingliż tal-mediċini AstraZeneca rdoppja l-kapaċitajiet ta’ manifattura għal vaċċin potenzjali għal 2 biljun doża bid-distribuzzjoni mistennija li tibda fil-ħarifa.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum hekk kif ix-xerrejja qed jistennew ħjiel ta’ laqgħa li tista’ ssir anke sa tmiem il-ġimgħa fejn il-produtturi ewlenin taż-żejt ser jiddiskuti jekk jestendux it-tnaqqis rekord fil-produzzjoni. Il-Brent żdied 27 cent, jew 0.7% għal $40.26 kull barmil waqt li l-United States West Texas Intermediate żdied 17-il ċenteżmu, jew 0.5% għal $37.58.

Il-Brent żdied madwar 14 din il-ġimgħa waqt li l-West Texas bi kważi 6%, u resqin lejn is-sitt ġimgħa ta’ żieda. Dan kien ikkawżat minn sinjali ta’ titjib fid-domanda għal fjuwil hekk kif il-pajjiżi qed inaqqsu l-miżuri kkawżati mill-coronavirus.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa qabel il-ħruġ tar-rapport dwar l-impjiegi fl-Istati Uniti għax is-swieq qed jibbażaw it-tamiet tagħhom fuq qawmien ekonomiku, u dan wassal biex id-deheb jagħlaq it-tielet ġimgħa ta’ tnaqqis. Id-deheb tilef madwar 0.8% sa issa din il-ġimgħa, li jista’ jkun l-akbar tnaqqis mill-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Mejju.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Id-dollaru kien imwaħħal f’firxa dejqa, sostnut mill-flussi f’assi sikuri hekk kif il-qawmien mill-ġdid tal-coronavirus…

Barranin

Id-dollaru llum tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra r-rivali tiegħu hekk kif statistika ekonomika tajba mill-Istati Uniti u mill-Ewropa saħħew is-sentiment ta’ riskju, b’tamiet għal vaċċin kontra l-Covid-19 ikomplu jgħinu s-sentiment….

Barranin

Muniti Statistika ekonomika Ewropea tajba xprunat is-sentiment ta’ riskju llum, waqt li tilef l-ewro u l-indiċi tad-dollaru żdied xi ftit hekk kif  is-swieq finanzjarji bbilanċjaw tamiet għal rkupru ekonomiku globali…

Barranin

Muniti Grupp ġdid ta’ statistika ekonomika ħażina żammet lill-ewro u lill-isterlina taħt pressjoni hekk kif tbaxxa s-sentiment minħabba l-biża’ ta’ postijiet ġodda ta’ imxija qawwija tal-COVID-19 madwar id-dinja u li…

Aktar