Barranin
L-ewro jiżdied b’1.14% kontra d-dollaru hekk kif l-Italja laħqet ftehim mal-UE dwar il-baġit

Muniti

L-ewro illum kellu żidiet kontra l-muniti ewlenin kollha iżda l-akbar żieda kienet kontra l-Frank Żvizzeru. Id-dollaru kien ġeneralment aktar dgħajjef hekk kif il-bonds tat-Teżor Amerikan żammew mal-inqas livell minn Mejju qabel il-laqgħa tal-Federal Reserve.
L-ewro żdied 1.14% kontra d-dollaru hekk kif intqal li l-Italja laħqet ftehim tekniku mal-Unjoni Ewropea dwar il-baġit tagħha. L-inflazzjoni f’Novemberu fil-Kanada ma laħqitx it-tbassir u jidher li qed tonqos, bil-munita Kanadiża ċċedi għall-ewro.

Indiċi

L-indiċi ewlenin globali kienu qed jinnegoazjaw pożittivament. Id-Dow Jones fetaħ b’żieda ta’ 0.5%. Il-FTSE 100 kien fuq quddiem b’żieda ta’ aktar minn 1%. L-indiċijiet l-oħra Ewropej żdiedu bejn tliet kwarti ta’ 1%. It-Topix tal-Ġappun tilef 0.41%.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma lokali kien hemm movimenti kbar f’territorju pożittiv bil-Global Capital jiżdiedu b’24% ferm aktar miż-żieda ta’ 7.69% tal-RS2 Software. L-HSBC Bank Malta żdied b’0.55%. F’territorju negattiv kienu t-Trident Estate, l-MIA, il-GO u l-Malta Properties fejn l-aħħar tnejn tilfu aktar minn 2%.

Bonds

Kienet ġurnata pożittiva għall-bonds lokali b’ħames bonds jiżdiedu u ieħor jitbaxxa. Il-moviment kienu inqas minn 1% b’żidiet fil-International Hotel Investments, il-Premier Capital u l-MIDI qrib il-1%. Il-Hili Finance żdiedu 0.28% u Gasan Finance tilfu 0.5%.

Il-prezz taż-żejt kien qed jiġi nnegozjat fl-inqas livell fi 15-il xahar hekk il-beżgħat dwar tkabbir ekonomiku globali li qed jonqos kompla żied it-tħassib dwar provvista żejda fl-2019.

Kemm il-Brent kif ukoll il-U.S. Light crude wrew żieda ta’ aktar minn nofs pount perċentwali.

Id-deheb u l-fidda ma kienux daqstant volatili bid-deheb jitlef xi ftit u l-fidda tiżdied b’mod negliġibbli.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-ewro ddgħajjef u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet, iżda dubbji dwar l-abbilità tal-Prim Ministru Boris Johnson li jikkonvinċi lill-Franza li terġa’ tiftaħ in-negozjati dwar il-Brexit kienu mistennija jillimitaw xi żieda oħra. Iż-żieda tal-Isterlina kontra l-ewro…

Barranin

L-ewro ddgħajjef, u riesaq lejn l-agħar ġimgħa minn kmieni f’Lulju, hekk kif kummenti moderati mill-membru tal-bord governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew, Olli Rahn żamm is-sentiment moderat. L-ewro tilef 0.10% kontra d-Dollaru…

Barranin

Muniti L-ewro tilef sa 0.30% kontra d-dollaru għall-inqas rata tal-ġurnata ta’ $1.1162, wara li l-President tas-Senat Taljan iltaqgħet mal-mexxejja tal-partiti biex jiddeċiedu dwar id-data tal-vot ta’ sfiduċja fil-gvern tal-Prim Ministru…

Aktar