L-ewro jiżdied bi kważi 0.5%

L-ewro llum żdied bi kważi 0.5% minħabba statistika ekonomika itjeb milli mistenni mill-Ġermanja, waqt li d-dollaru Amerikan waqa’ wara li l-Istati Uniti u ċ-Ċina faħħru telefonata bejn l-uffiċjali tal-kummerċjali anzjani tagħhom bħala suċċess.

Is-sentimenti tan-negozju Ġermaniż tjieb aktar milli mistenni matul Awwissu hekk kif kemm il-manifattura kif ukoll is-settur tas-servizzi qabdu r-ritmu, u tejbu t-tamiet li l-akbar ekonomija fl-Ewropa riesqa lejn irkupru qawwi wara x-xokk massiv tal-pandemija.

Indiċi

Ottimiżmu mill-ġdid dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u tnaqqis inqas milli mistenni fil-produzzjoni Ġermaniża wasslu għal żidiet fl-ishma Ewropej b’dawn fil-Borża ta Frankfurt jilħqu l-ogħla prezzijiet f’xahar.

L-S&P 500 fetaħ f’livell għoli rekord hekk kif uffiċjali Amerikani u Ċiniżi rriaffermaw l-impenn tagħhom lejn il-ftehim kummerċjali tal-Ewwel Fażi, u dan kompla jżid mal-ottimiżmu tas-suq dwar progress fl-iżvilupp tat-trattamenti u vaċċini kontra l-COVID-10.

Ishma

Fl-0ishma lokai, l-HSBC Bank Malta kien fuq quddiem tat-telf b’4.19%. Il-Bank of Valletta tilfu 1.10%.

F’territorju pożittiv kien hem mil-Plaza Centres b’0.54%, il-GO u l- Harvest Technology it-tnejn għalqu pożittivament b’aktar minn 1% u l-BMIT Technologies marru l-aħjar b’żieda ta’ 2.15%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, in-1923 Investments 2024 tilfu 0.50%, il-Merkanti Holding 2026 tbaxxew b’0.16% u l-Hili Finance Company 2028 tilfu 0.10%. Il-Best Deal Properties Holding 2024 u l-Cablenet Communications Systems 2030 it-tnejn kienu nnegozjati b;a ċaqliq fil-prezz.

Is-6PM Holdings 2025 żdiedu 1% u l-International Hotel Investments 2021 avvanzaw bi 3.09%

Il-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat żdiedu llum, sostnuti minn qtugħ fil-produzzjoni fil-Kosta tal-Golf tal-Messiku tal-Istati Uniti hekk kif l-maltempata tropikali Laura kienet imbassra li ser issir urugan maġġuri, waqt li ż-żieda fil-koronavirus fl-Asja u fl-Ewropa illimitat iż-żieda.

Il-prezzijiet tad-deheb tbaxxew uillum minħabba li t-tamiet dwar il-potenzjal ta’ vaċċin kontra l-COVID-10 u sinjali pżoittivi fil-front Amerikan u Ċiniż tejbu s-sentiment ta’ irskju u ibbilanċjaw l-appoġġ għad-deheb minn dollaru aktar dgħajjef.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

L-Isterlina żdiedet wara li l-Ministru tal-Finanzi Ingliż, Rishi Sunak ħabbar skema ta’ sostenn għall-impjiegi, iżda qal li l-gvern ma jistax isalva kull  impjieg. F’sessjoni mqallba, l-Isterlina baqgħet ‘il fuq minn…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar sensiela oħra ta’ għajnuna minħabba l-pandemija lill-bdiewa ta’ madwar $13-il biljun. Huwa ħabbar dan f’rally elettorali f’Wisconsin meta din l-għajnuna hija għal settur importanti f’wieħed…

Aktar