Barranin
L-ewro jiżdied kontra l-muniti rivali kollha

Muniti

L-ewro llum rnexxielu jiżdied kontra l-muniti rivali kollha: b’0.60% kontra d-dollaru; b’0.36% kontra l-Isterlina u b’ 0.32% kontra l-yen.

Id-dollaru Amerikan tbaxxa llum wara li l-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li xi trattamenti jidhru li qed jillimitaw is-severità jew it-tul tal-Covid-19. Anke xi ħjiel żgħir pożittiv dwar il-coronavirus jillimita l-appell tad-dollaru bħala assi sikura hekk kif l-investituri jħarsu lejn assi aktar riskjużi, għalkemm it-tnaqqis kien limitat minħabba l-biża’ ta’ tieni mewġa tal-virus.

Id-dollaru kien sostnut ukoll mill-Federal Reserve li naqqas iċ-ċans ta’ rati ta’ interessi negattivi fl-Istati Uniti, u b’hekk żdiedet l-attrazzjoni tad-dħul minn investiment fid-dollaru.

L-Isterlina żdiedet bi ftit kontra d-dollaru fin-negozju bikri f’Londra iżda tilfet kontra l-ewro hekk kif ir-Renju Unit stenna l-aħbarijiet dwar l-iskema ta’ għajnuna għall-ħaddiema u kif il-pjani tar-Renju Unit biex jillaxka l-miżuri ser jolqtu lill-forża tax-xogħol.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu llum, immexxija minn ishma difensivi u numru ta’ rapporti finanzjarji tajbin minn kumpaniji hekk kif l-investituri jinsabu mħassba dwar ir-riskju ta’ żieda f’każi ġodda tal-koronavirus minħabba t-tneħħija ta’miżuri f’xi pajjiżi.

Il-prezzijiet futuri fuq id-Dow Jones kienu resqin lejn avvanz fil-ftuħ wara li d-Dow Jones waqaf minn jumejn ta’ żieda. Madankollu, in-Nasdaq kompla jiżdied bis-sitt żieda konsekuttiva lbieraħ.

Shares

Fis-suq tal-ishma lokali llum, l-RS2 Software rreġistraw l-akbar tnaqqis ta’ 1.50%. Il-Malita Investments tilfu 1.11% u l-Bank of Valletta tbaxxew b’0.95%. L-International Hotel Investments u  Simonds Farsons Cisk ma kellhom ebda movement minkejja li kienu nnegozjati.

F’territorju pożittiv kien hemm l-HSBC Bank Malta b’1% għal €1.01 kull sehem bil-Malta International Airport l-aħjar li marru b’żieda ta’ 1.25% u għalqu bil-prezz ta’ €4.86 kull sehem.

Bonds

Is-suq tal-bonds lokali kien pożitti bil-United Finance  2023 jiżdiedu b’0.50%, il-Phoenicia Finance Company 2023-2028 b’0.51%, l-Eden Finance  2027 b’1% u l-Mediterranean Investments Holding  2020 b’ 1.21%. L-SD Finance  2027 avvanzaw bi ftit aktar minn

2% u l-aħjar li marru kienu l-Medserv  2020-2023 b’żieda ta’ 2.06%.

Negattivi kienu l-International Hotel Investments  2025 b’1.74%.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum, sostnuti mill-impenn mhux mistenni mill-Għarabja Sawdija li tkabbar it-tnaqqis fil-produzzjoni f’Ġunju biex tonqos il-provvista żejda mibnija matul il-kriżi tal-coronavirus. L-Għarabja Sawdija qalet li ser iżżid mat-tnaqqis preżenti biex tnaqqas il-produzzjoni b’1 miljun barmil kuljum ieħor,u b’hekk tnaqqas b’kollox il-produzzjoni b’7/5 miljun kuljum jew 40% minn April.

Kien hemm anke żieda fil-prezz taż-żejt wara li tbaxxa d-dollaru mill-ogħla livell f’ġimgħatejn, fost tħassib dwar qawmien mill-ġdid tal-coronavirus f’xi pajjiżi u t-tensjonijiet kummerċjali li għadhom sejrin bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Il-prezz żdied b’0.21% għal $1,700.92 kull gramma.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar