Lokali
L-ewro jiżdied u d-dollaru jkompli nieżel

Muniti

L-ewro llum żdied, u rtira xi ftit qabel il-ftuħ tan-negozju f’Wall Street mill-ogħla livell ta’ $1.2115. Id-dollaru kompla jinżel hekk kif naqas id-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan mill-ogħla livell f’sena milħuq ilbieraħ.

Ir-rata tad-dollaru kontra l-Yen kompliet titbaxxa matul is-sessjoni Ewropea u tbaxxiet għall-inqass livell f’ġimagħtejn għal madwar 104.55 yen aktar tard. L-ewro żdied sinifikament kontra d-Dollaru Kanadiż iżda tilef kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru.

Indiċi

Wara li laħqu livell għola ta’ kull żmien fil-bidu tal-ġimgħa, l-indiċi ewlenin tal-ishma fl-Istati Uniti fetħu modestament aktar baxxi llum hekk kif l-investituri jidher li qed jbiegħu biex jieħdu l-profitt.

L-indiċi fl-Ewropa kienu mħallta, imwaħħlin mal-livelli tal-ftuħ u dan wassal għal xi telf fil-ftuħ f’Wall Street. Minkejja żieda qawwija f’sehem wieħed, l-indiċi lokali tilef 00.67%.

Ishma

Fis-sessjoni lokali, żieda ta’ aktar 14% fil-Lombard BankMalta u żieda oħra ta’ 1.63% fil-Main Steet Complex ma kenux biżżejjed biex jżidu l-indiċi għax kien hemm telf f’ishma oħra. L-RS2 Software u l-Bank of Valletta tilfu bejn il-1% u l-1.5%. Il-Malta International Airport u l-International Hotel Investments tilfu 2.42% u 3.73% rispettivament.

Bonds

Il-bonds lokali kienu aktar pożittivi bit-Tum Finance u x-Shoreline javvazaw b’madwar 2% waqt li l-SD Financeu l-Best Deal Properties żdiedu kważi 1%. Il- Mercury Projects, il-Hili Properties u l-Mariner Finance tilfu nofs punt perċentwali.

Prodotti Essenzjali

Iż-żieda fit-tilqim kontra l-koronavirus, speċjalment fl-Istati Uniti, tnaqqis fil-ħażniet taż-żejt mhux raffinat u data makro-ekonomika tajba ipprovdew sostenn lill-prezzijiet taż-żejt il-ġimgħa li għaddiet.

Id-deheb estenda tlett ijiem ta’ żieda u jidher li ser jerġa’ jilħaq il-livell ta’ $1,850. It-triq lejn l-irkupru ara xahrejn ta’ livelli baxxi qed tissaħħaħ fost l-approvazzjoni imminenti tal-pakkett ta’ stimulu ta’ $1.9 triljun mill-Kungress Amerikan. Ottimiżmu li jikber dwar l-istimulu qed jgħolli l-aspettattivi dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti, u dan laqat tajjeb lid-deheb.