Barranin
L-ewro jkompli jitlef kontra d-dollaru u jilħaq lanqas livell minn Novembru

L-ewro kompla jitlef kontra d-dollaru għar-rata ta’ $1.17 biex laħaq l-inqas livell minn Novembru. Id-dħul mill-bonds Amerikani qed jiżdied qabel d-diskors tal-President Biden dwar l-infiq fuq l-infrastruttura waqt li l-Ewropa, imkissra mill-virus, qed titħabat bil-kampanja ta’ tilqim. Il-fiduċja tal-konsumatur tal-Istati Uniti qabżet l-estmi b’109.7. Id-dollaru Amerikan kompla bil-mixja ‘il quddiem u tela’ għall-ogħla rata f’erba’ xhur fost il-prospetti għal rkupru ekonomiku relattivament aktar mgħaġġel fost il-pass impressjonanti tat-tilqim kontra l-Covid u l-approvazzjoni tal-pakkett tal-inċentivi.

Indiċi

Indiċijiet tal-ishma maġġuri fl-Istati  Uniti fetħu aktar baxxi llum hekk kif l-investituri adottat sentiment kawt waqt li kompla jogħla d-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan. Id-Dow Jones kien qed jitlef 0.2% at 33,089, l-S&P 500 b’0.4% u n-Nasdaq kien qed jitlef 0.95%.  Fl-Ewropa kien jum tajjeb bnil-parti l-kbira tal-indiċijiet jiżdiedu madwar 1%. It-Topix tal-Ġappun mar l-agħar llum b’telf ta’ 0.78%. L-indiċi lokali tilef 0.17%.

Ishma

Kienet sessjoni mħallta dik tal-ishma lokali llum għalkemm kien hemm aktar ishma li żdiedu milli tilfu. L-RS2 Software, il-PG, il-Maltapost u lMalta International Airport kienu fuq quddiem fiż-żidiet ta’ aktar minn 1.5% għal aktar minn 2%. Il-GO żdiedu 0.55%. F’territorju negattiv kien hemm il-Bank of Valletta u l-Lifestar  b’telf ta’ 5%.

Bonds

Il-bonds ukoll kienu mħalta b’aktar bons jitilfu milli jiżdiedu. nIlp-Hili Properties 2025 avvanzaw kważi 2%. Il-Merciury Projects Finanxce żdiedu 1%. L-AX li jimmaturaw fl-2029 u fl-2026 kellhom telf simili.  Il-bonds tal-International Hotel Investments u Tumas tilfu kważi 1% waqt li l-SP Finance tbvaxxew b’madwar 2%.

Il-West Texas Intermediate qed jestendi it-telf mill-ogħla prezz tal-ġimgħa ta’ $62.25 u jinsab qrib is-$60.50 hekk kif il-bejjiegħa ħadu l-kontroll qabel ma joħorġu ċ-ċifri ta’ kull ġimgħa dwar il-ħażniet Amerikani ta’ żejt mhux raffinat. Il-prezz qed jinjora s-sentiment tajjeb tas-suq u qed jitbaxxa waqt it-tisħiħ tad-dollaru. Sadattant id-dħul mill-bonds Amerikani qed jagħmel liż-żejt inqas attraenti bħala assi li jirrendi ħafna.

Id-deheb illum kellu bejgħ qawwi għat-tieni sessjon iinfila .Jidher li l-prezz ser jinżel lejn l-inqas livell għal bosta xhur.