Barranin
L-ewro laħaq l-ogħla rata minn kmieni f’Marzu

Muniti

L-ewro laħaq l-ogħla rata minn kmieni f’Marzu llum wara li l-Unjoni Ewropea laħqet ftehim għal stimulu massiċċ biex jitqajmu l-ekonomija milquta ħażin mill-pandemija. Il-ftehim – milħuq b’kompromess dwar tħassib li l-istati tat-tramuntana kellhom dwar l-għotjiet lill-ġirien l-aktar li jonfqu – kien mejqjus bħala sinjal importanti ta’ għaqda mill-mexxejja tal-Ewropa u l-bini ta’ pediment għall-irkupru.

L-ewro żdied 0.2% kontra d-dollaru għal $1.1470, għalkemm iż-żidiet ma inżammewx. Wara nofsinhar l-ewro tilef 0.04% għal €1.1442.

L-Isterlina żammet il fuq minn $1.27 għall-ewwel darba f’sitt ġimgħat għax l-ottimiżmu dwar vaċċin għal koronavirus u l-ftrhim tal-Unjoni Ewropea ippermettewlha li testendi l-irkupru tal-jum ta’ qabel. L-Isterlina kellha l-aħjar jum fi tliet ġimgħat ilbieraħ, mgħejuna minn sentiment tas-suq tajjeb li ppermetta lill-investituri li ftit jagħtu kas tal-istatistika ekonomika fqira Ingliża u n-nuqqas ta’ progress dwar il-ftehim kummerċjali ta’ Brexit. Kontra l-ewro, l-isterlina żdiedet b’0.30%.

Indiċi

L-ishma Ewropej irkupraw għall-ogħla prezzijiet f’erba’xhur bid-DAX tal-Ġermanja isir pożittiv wara li l-mexxejja Ewropej qablu dwar pakkett ta’ stimulu importanti biex iqajmu l-ekonomiji Ewropej mill-waqgħa minħabba l-pandemija.

L-indċ1ijiet ewlenin f’Wall Street kienu resqin lejn ftuħ tajjeb wara sensiela ta’ rapport finanzjarji tajbin mill-kumpaniji fosthom l-IBM u l-Coca-Cola, u minħabba tamiet ta’ stimulu ekonomiku domestiku biex tkun mgħejjuna l-ekonomija milquta mill-pandemija.

Ishma

Fis-suq tal-ishma lokali, il-PG llum kienu fuq quddiem bit-tnaqqis u għalqu bil-prezz ta’ €1.90 kull sehem bi tnaqqis ta’ 1.55% mill-aħħar sessjoni ta’ negozju fihom. Isegwu kienu l-ishma tal-Bank of Valletta wara li tilfu 1.04% u Simonds Farsons Cisk li għalqu taħt it-€8.00 kull sehem wara li tilfu 0.63% u l-aħħar li kienu negozjati kien bil-prezz ta’ €7.95.

F’territorju pożittiv kien hemm il-BMIT Technologies b’żieda ta’ 0.83% u l-GO marru l-aħjar bil-prezz ta’ €3.42 b’żieda ta’ 1.79%. Il-Malta International Airport għalqu bil-prezz ta’ €5.60 iżda ma kellhom ebda bidla.

Bonds

Fis-ettur tal-bonds lokali, l-International Hotel Investments 2025 tilfu 1.96%, il-MeDirect Bank 2022-2027 tbaxxew b’0.97% u l-Hili Finance Company 2028 spiċċaw bi tnaqqis ta’ 0.91%.

Fuq in-naħa pożittiva, il-Hili Properties 2025 żdiedu 0.99%, il- Corinthia Finance 2026 żdiedu 1.49%, l-SD Finance 2027 avvanzaw b’1.94% u l-Eden Finance 2027 marru l-aħjar u għalqu bil-prezz ta’ €102.50, żieda ta’2.50%.

Prodotti Essenzjali

Iż-żejt għola llum mgħejjun minn aħbarijiet pożittiv dwar il-provi bil-vaċċin u l-ftehim ta’ stimulu mill-Unjoni Ewropea, li tellgħu l-prezzijiet sa livelli li l-aħħar li intlaħqu kienu f’Marzu fil-gwerra tal-prezzijiet bejn ir-Russja u l-Għarabja Sawdija.

Kien hemm żieda ta’ kważi 1% fil-prezz tad-deheb għall-ogħla f’disa’ snin. Il-prezz kien mghejjunħsewwa minn dollaru aktar dgħajjef u aspettattivi ta’ akltar miżuri ta’ stimulu biex jitqajmu l-ekonomiji milquta mill-pandemija, waqt li l-fidda qabżet l-$20 kull uqija għall-ewwel darba minn Settembru 2016.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro illum kien dgħajjef kontra l-muniti kollha, għalkemm huwa kellu xi żidiet kontra l-muniti Nordiċi. L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata f’ħames xhur kontra d-dollaru u riesqa lejn id-$1.32 wara li…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji miġbura minn BNF Bank: Muniti L-isterlina tbaxxiet u tilfet iż-żidiet bikrin wara li d-dollaru Amerikan żdied kontriha, waqt li l-biża’ tat-tieni mewġa ta’ coronavirus…

Barranin

Insellmilkom din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank Muniti Id-dollaru llum waqa’ għall-inqas rata f’sentejn u riesaq lejn l-agħar tnaqqis f’xahar f’perjodu…

Barranin

L-ewro rtira wara jumejn żieda kontra d-dollaru, hekk kif il-Ġermanja rrapportat produzzjoni ekonomika diżappuntanti għat-tieni kwart tas-sena u l-Federal Reserve żamm l-appoġġ tiegħu għall-ekonomija Amerikana. L-ewro jidher li ser jagħlaq…

Aktar