Barranin
L-ewro ma jibbenefikax mid-deċiżjoni tar-regolatur Ewropew li approva l-vaċċin ta’ Johnson&Johnson

Muniti

Il-par ewro-dollaru jinsab taħt pressjoni hekk kif id-dollaru qed javvanza fost sentiment tas-suq ikrah. L-ewro ma ibbenefikax mid-deċiżjoni tar-regolatur Ewropew li approva l-vaċċin ta’ Johnson & Johnson.

Wara li laħaq livelli għolja record għal sena kontra l-yen, l-ewro laħaq il-131.00 yen, iżda ffaċċja pressjoni qawwija ta’ bejgħ bi tweġiba għall-interess fix-xiri tad-dollaru. Iż-żieda fid-dollaru waslet man-nota soda tal-yen kif ukoll fid-dħul mill-bonds tat-Teżor, waqt li l-volatiltà misjuba mill-indiċi VIXb żdiedet bi tweġiba għal każi li qed jiżdiedu tal-koronavirus, parikularment fl-Indja u fil-Ġappun, u dan immina l-ottimiżmu dwar il-prospetti tat-tkabbir tard din is-sena.

Indiċi

Wara li għalqu l-ewwel jumejn tal-ġimgħa f’territorju negattiv, indiċijiet ewlenin tal-ishma fetħu aktar baxxi llum għax l-investituri komplew bil-kawtela. Fost is-setturi ewlenin, l-indiċi tal-enerġija qed ikollu telf qawwi għat-tieni jum infila taħt pressjoni ta’ tnaqqis ta’ aktar minn 1% fil-prezzijiet taż-żejt Amerikan. Min-naħa l-oħra, l-indiċi tal-materjali u tas-settur tas-saħħa t-tnejn żdiedu madwar 0.5% bħala l-aħjar li kienu fil-ftuħ. Imbagħad l-indiċi daħlu f’territorju pożittiv. Ma kienx hemm żmien għall-indiċi Ġappuniż li jagħmel reazzjoni. L-indiċi lokali llum irkupra kważi t-telf kollu tal-bieraħ.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, illum kienet ġurnata b’ċaqliq differenti. L-aħjar li marru kienu l-Mapfre b’aktar minn 10 % waqt li Simonds Farsons Cisk avvanzaw b’aktar minn 7%. Il-Malta Property Company, il-Lifestar u t-Tigne Mall kellhom ukoll żidiet tajbin. F’territorju negattiv, il-GO tilfu aktar minn 3% waqt li l-MaltaPost tilfu 11.36%.

Kien hemm negozju attiv fil-bonds bil-Bortex 2027 javvanaw 4%. Il-Mediterranean Investments Holding, l-International Hotel Investments, il-GAP u l-Mediterranean Maritime Hub kollha kellhom żidied tajbin bl-inqas javvzaw 1%. Il- Cablenet Communications u d-Dizz Finance tilfu 1%.

Il-prezz tad-deheb żdied għat-tieni sessjoni konsekuttiva fil-livell ta’ $1,787, żieda ta’ aktar minn 1%. Biża’ mill-ġdid dwar mewġa perikoluża oħra tal-coronavirus kompliet tolqot ħażin lis-sentiment tal-investitur u dan kien ta’ benefiċċju għad-deheb. Il-fidda reġgħet kienet pożittiva.