Barranin
L-ewro mhux javvanza – l-analisti mħassba

Muniti

L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi dwar il-munita.

Is-swieq tal-kambju barrani kienu kwieti llum u l-volatilità baxxa qabel laqgħat importanti dwar il-politika monetarja minn diversi banek. Id-dollaru Awstraljan – li qiegħed igawdi sewwa minn statistika ekonomika tajba miċ-Ċina, kien l-unika munita b’moviment. Is-swieq finanzjarji diġà qed jaħsbu li se ikun hemm tnaqqis ta’ 10 punti bażi f’Settembru u tnaqqis ieħor f’Marzu. Il-laqgħa tal-25 ta’ Lulju tista’ tirrinforza dawn l-aspettattivi.

Xi analisti huma sorpriżi li l-ewro mhux qed javvanza. Il-Frank Żvizzeru żdied b’0.07% għal 1.1080 kull ewro, qrib l-ogħla livell fi tliet ġimgħat għal frank.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum ftit kienu fl-azzjoni hekk kif il-kummenti dwar is-setturi industrijali u tas-servizzi fil-Ġermanja naqqsu l-ottimiżmu mill-produzzjoni u dwar il-bejgħ bl-imnut fiċ-Ċina.

Il-Ministeru tal-Ekonomija Ġermaniż qal li l-attività industrijali hija kajmana u l-aħħar statistika tipponta lejn tkabbir inqas fis-settur tas-servizzi, li wasslet biex id-DAX jitlef iż-żidiet sa 1% iżda wara, l-indiċi kien qed jinnegozja fil-livell ta’ 12,378.547.

L-indiċijiet ewlenin t’Wall Street fetħu f’livelli għolja rekord hekk kif ir-rapporti dwar id-dħul mill-kumpaniji bdew fuq nota tajba bir-riżultati mit-tielet l-ikbar bank fl-Istati Uniti, is-Citigroup, kienu ferm aqwa minn dak li qed jistenna s-suq.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-Medserv żdiedu b’5.26% segwiti minn Bank of Valletta b’1.82%. Il-BMIT Technolopgies żdiedu b’0.95%.

Trident Estates tilfu 3.03%, il-Mapfre Middlesea naqsu bi 2.65% u Tigne Mall tilfu 2.22%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investments Holding 2022 żdiedu b’1.48%, il-Mediterranean Investments Holding 2020 b’1.01%. Kien hemm żieda ta’0.09% fil-Pendergardens Developments 2020.

F’territorju negattiv l-Exalco Finance 2028 naqsu b’1.41%, il-Premier Capital 2026 b’0.62% u l-International Hotel Investments 2026 (it-tieni serje) tilfu 0.53%.

Il-prezzijiet taż-żejt telgħu llum hekk kif l-istatistika dwar l-attività industrijali u l-bejgħ bl-imnut fiċ-Ċina għelbu l-aspettativi, għalkekm iż-żidiet kienu limitati miċ-ċifri in ġenerali li wrew l-inqas tkabbir ekonomiku fi tliet xhur f’għexieren ta’ snin.

Il-prezz tad-deheb żdied illum wara l-istatistika miċ-Ċina fejn naqas it-tkabbir ekonomiku għall-inqas livell fi kważi 27 sena waqt li ż-żidiet fl-ishma naqqsu d-domanda għad-deheb hekk kif l-investituri ffukaw fuq l-istatistika tajba mit-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum issoda kontra muniti sensittivi għall-kummerċ għax reġa’ qam it-tħassib dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina hekk kif riesqa skadenza importanti, waqt li l-Isterlina issaħħet wara l-aħħar…

Barranin

Id-dollaru dieħla lejn l-agħar ġimgħa minn Ottubru minħabba nervożismu fin-negozju u ħjiel ta’ dgħufija fl-ekonomija Amerikana, bil-fatturi domestiċi li minnhom gawdew id-dollaru ta’ New Zealand u l-isterlina. Il-movimenti kienu baxxi…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Barranin

Muniti L-isterlina llum qabżet ‘il fuq minn $1.31 għall-ewwel darba minn kmieni f’Mejju, mgħejuna minn aspettattiva li qed tikber li r-Renju Unit ser jiskansa elezzjoni bla riżultat. Il-munita bbenefikat ukoll…

Aktar