Barranin
L-ewro mistenni jikkonsolida ruħu f’qasir żmien

Muniti

L-ewro huwa mistenni li jikkonsolida ruħu f’terminu qasir ‘l fuq minn 0.8620, iżda ix-xejra usa hija għaż-żona 0.8500-0.8525.

Apporti minn tlaqqiegh tekniku, l-ewro jista’ jsibha iebsa li jieħu vantaġġ mit-tnaqqis tad-dollaru. Waqt li l-UE qed tipprova tkabbar il-kampanja ta’ tilqim, hija ferm inqas mill-pass aċċellerat fl-Istati Uniti – bil-vaċċin ta’ tilqima waħda ta’ Johnson and Johnson miżjud mal-vaċċini l-oħra. Fattur ieħor li jista’ jżomm lill-munita unika baxxa huwa l-Bank Ċentrali Ewropew li qed jkimxi bil-mod. Uffiċjali fil-Bank wrew tħassib dwar iż-żieda fid-dħul tal-bonds fl-Ewropa iżda ħafnba jistaqsu jekk humiexlesti li jaġixxu.

Id-data dwar ix-xiri ta’ kull ġimgħa mill-Bank Ċentrali Ewropew mistennija aktar tard u mistennija li turi li l-bank baqa’ ma aġixxiex kontra dak li għamel ir-Reserve Bank of Australia li wera determinazzjonli kontra l-ispekulazzjoni kontra l-bonds tiegħu. Dħul ogħla mill-bonds fit-tul fl-Ewropa jista’ jimmina l-irkupru tal-ekonomija Ewropea.

Indiċi

L-ishma fl-Asja irkupraw hekk kif is-suq wera ottimiżmu dwar l-abbiltà li tingħeleb il-pandemija. L-approvazzjoni miIl-Food and Drug Administration fl-Istati Uniti tall-vaċċin ta Johnson and Johnson u l-aspettattivi riċenti ta’ stimulu fiskali qawwi mir-Renju Unit u l-Istati Uniti iffavorew is-sentiment ta’ riskju. L-Ewropa kienet ukoll ottimista b’sentiment pożittiv. Anke il-ftuħ tas-swieq fl-Istati Uniti kienu tajbin. L-indiċi lopkali wera żieda ta’ 0.14%.

Ishma

Fis-settur tal-ishma lokali, ftit kien hemm ishma negozjhati. L-RS2 Software żdiedu 2.78% u l-PG jitiluf 2.45%. Erba’ ishma kienu negozjati bla moviment, Dawn kienu il-BMIT Technologies, il-Bank of Valletta, Lifestar u l-Malta International Airport.

Bonds

Il-bonds lokali kellhom jum attiv, l-aktar f’territorju pożittiv. It-Tumas Investments, avvanzaw 3.35% u l-Corinthia Financesegwew b’1.49%. L-AX u l-Midi żdiedu bejn 0.5% u 1%. F’territorju negattiv kien hemm l-SD Finance u t-Tum Finance b’0.5% u qrib it-2% rispettivament.

Prodotti Essenzjali

L-OPEC u l-alleati tagħh din il-ġimgħa għandhom jiltaqgħu biex jiddiskuti l-istrateġija dwar il-produzzjoni. Is-swieq jistennew żieda modesta bil-produzzjoni totaltal-grupp minn April iżda d-deċiżjoni tal-Għarabja Sawdija dwar tnaqqis voluntarju fil-produzzjoni ser tkun il-fattur ewlieni. Barra dan, ir-rapporti ta’ kull ġimgħa dwasr il-ħażniet ta żejt mhux raffini fl-Istati Uniti se rikunu eżaminati għal impetus ġdid.

Żieda fil-prezz tas-swieq tal-ishma imminaw id-domanda għal assi siguri u illimitaw iż-żieda fiż-żieda tal-prezz tad-deheb. Dan, flimiien ma’ żieda malajr fid-domanda għad-dollaru Amerikan, tefa’ pressjoni l-isfel fuq id-deheb li huwa mixtri bid-dollaru. It-tnaqqis tal-lum kien ukoll attribwit għall-irkupru modest fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan, li għandu t-tendenza li jiġbed lura flus mid-deheb.