Barranin
L-ewro qed jitħabat biex jilħaq id-$1.2100 fost irkupru mill-munita Amerikana

L-ewro qed jitħabat biex jilħaq id-$1.2100 fost irkupru mill-munita Amerikana. Daqqa ta’ ħarta lill-Prodott Domestiku Gross tal-Ġermanja jista’ jolqot lill-ewro u b’hekk r-rata żżomm mad-$1.2050.

Is-sentiment fis-suq finanzjarji llum dar ħażin bl-investituri jsibu kenn fid-dollaru meqjus bħala assi sigura fost tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, tħassib ġdid dwar l-issikkar taċ-ċintorin fiċ-Ċina u aħbarijiet skoraġġjanti dwar il-vaċċin Novavax kontra l-covid-19.

Il-manifattur tal-mediċina Amerikan Novavas Inc qal li għalkemm il-vaċċin kontra l-Covid tiegħu huwa 89.3% effettiv fil-provi fir-Renju Unit, l-effettività tiegħu kontra l-varjant Sud-Afrian hija biss ta’ 49%. Il-bank ċentrali Ċiniż estenda l-issikkar taċ-ċintorin fuq il-flus kontanti, li żied l-ispejjeż tas-self fuq terminu qasir u kabbar id-domanda għal-likwidità qabel il-Btala tas-Sena lunari.

Is-swieq ukoll ikkunsidraw t-taqliba fil-kummerċ minn Reddit matul l-aħħar jiem, li qajmet tnaqqis f’xi ishma Amerikani bil-kumpanija GameStop fiċ-ċentru tal-iskandlu.

Is-sentiment kontra r-riskju reġa’ dar lejn is-swieq hekk kif Robinhood Markets Inc tidher li neħħiet restrizzjonijiet fuq in-negozju fuq xi ishma imblukkati. GameStop u AMC żdiedu bin-negozju wara s-sessjoni tas-swieq, u b’hekk qajmu mill-ġdid il-volatilità u kabbru s-sentiment favur id-dollaru bħala assi sigura.

Id-deheb żamm mal-firxa familjari ta’ madwar l-$1,850 kull uqija, u l-fidda waslet lejn is-$26. Il-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat kienu kważi bla moviment u jiddefendu l-livell ta’ $52 kull barmil.

Niffokaw issa dwar kif l-ekonomija Franċiża li qed tirreaġixxi wara l-pubblikazzjoni taċ-ċifri għall-aħħar kwart tal-2020. L-ekonomija ċkienet inqas milli kien mistenni fir-raba’ kwart b’1.3% taħt iż-żero (-1.3%). L-ekonomisti qalu li dan it-tnaqqis fil-Prodott Domestiku Gross mit-tielet kwart għar-raba kwart tas-sena juri li l-ekonomija Franċiża felħet kontra l-effetti tal-lockdown tal-Ħarifa aħjar milli kien mistenni, minħabba s-suċċess ta’ miżuri aktar iffukati.

Ekonomista ieħor qal li ċ-ċifri għolja dwar il-każi u l-effett fuq l-isptarijiet ifissru li mistennija aktar miżuri iebsin u li l-ekonomija bdiet l-2021 fuq sieq ħażina. Ekonomista ewlieni ieħor sostna li l-Prodott Domestiku Gross huwa inqas mit-tnaqqis ta’ 4% li kien mistenni. Notevolment kien sinifikattiv inqas mit-tnaqqis ta’ 13.7% fit-tielet kwart, u dan jirrifletti il-fatt li l-miżuri li ttieħdu fil-Ħarifa kien iffukati inqas u li l-familji u l-kumpaniji kienu kapaċi aktar li jaddattaw għar-
restrizzjonijiet.

L-ekonomija Franċiża hija meqjusa is-7 fid-dinja u t-tieni biss wara l-Ġermanja. Il-Prodott Domestiku Gross per capita huwa ftit inqas minn $40,000. Dak ta’ Malta huwa madwar $28,000.