Barranin
L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru

Muniti

L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’erba’ snin u nofs kontra l-Frank Żvizzeru llum u l-yen issaħħaħ hekk kif l-investituri fittxew assi sikuri wara li l-provinċja ta’ Hubei fiċ-Ċina, l-epiċentru tal-coronavirus, rrapportat żieda qawwija ta’ każi ġodda.

Għalkemm is-sentiment kontra r-riskju kien it-tema prinċipali fis-sessjoni ta’ negozju f’Londra, l-investituri kienu qed ifittxu li jieħdu pożizzjonijiet f’muniti aktar riskjużi għax iż-żieda f’każi ġodda kienet riżultat ta’ approċċ fid-dijanjożi, immirat sabiex iċekknu ż-żmien tas-sejba u b’hekk inaqqsu ir-rata ta’ mortalità.

L-ewro tbaxxa għal 1.0617 Franki, l-inqas minn Awwissu 2015. Iż-żidiet fil-Frank waslu fi żmien meta l-korelazzjoni tiegħu ma’ muniti riskjużi spiċċat fil-ġimgħat riċenti u analisti tas-swieq qalu li l-munita Żvizzera jista’ jkollha katar żidiet jekk ikompli jeħżien is-sentiment lejn l-ewro.

B’mod ġenerali, id-dollaru żamm qrib l-ogħla rata kontra grupp ta’ muniti rivali. Waqt li l-istatistika mistennija turi xi ftit tal-moderazzjoni fl-inflazzjoni tal-prezzijiet matul Jannar, l-analisti qalu li żieda fil-pressjoni fuq il-prezzijiet tista’ ssaħħaħ lid-dollaru u timmina s-sentiment ta’ riskju.

L-isterlina llum estendiet iż-żidiet wara r-riżenja tal-Ministru tal-Finanzi Sajid Javid, hekk kif l-investituri qed jaħsbu li s-sostitut ser iħejji t-triq għal baġit espansjonarju ix-xahar id-dieħel. Skont sors qrib Javid huwa ma laqax it-talba tal-Prim Ministru Johnson biex ikun il-ministru tal-finanzji fil-kabinett il-ġdid għax kien mitlub jibdel il-konsulenti kollha. Postu ser jieħdu Rishi Sunak, li qabel kien it-tieni fil-Ministeru jissorvelja n-nefqa pubbliku. L-Isterlina telgħet għal $1.3028, żieda ta’ 0.5%. Kontra l-ewro wriet żieda ta’ 0.8% għal 83.22 pence.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew hekk kif żieda fil-każi tal-coronavirus fiċ-Ċina beżżgħet lill-investituri, bil-kumpanija ġgantija tal-ikel, Nestle titlef l-aktar wara li pposponet it-tbassir dwar it-tkabbir għall-2020.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street tbaxxew mil-livelli rekord fil-ftuħ tan-negozju llum ukoll minħabba ż-żieda fil-każi tal-coronavirus fiċ-Ċina.

Stocks Lokali

Fl-ishma lokali, il-Grand Harbour Marina kien l-uniku f’territorju negattiv bi tnaqqis ta’ 0.91%. F’territorju pożittiv kienu l-GO b’0.49%, il-Malta International Airport b’0.72%, il-Mapfre Middlesea għalqu bil-prezz ta’ €2.36, żieda ta’ 0.85% u l-BMIT Technologies kellhom l-akbar żieda ta’ 1.96%. Il-Bank of Valletta u l-PG kienu negozjati bla ebda żieda fil-prezz.

Bonds Lokali

Fis-suq lokali tal-bonds,is-sentiment kien pożittiv ħafna bil-parti l-kbira tal-bonds juru żieda. Il-Mariner Finance 2024 żdiedet b’0.93%, is-Central Business Centres 2021 b’0.97%, it-Tumas Investments 2027 b’0.98%, il-Von der Heyden Group Finance 2024 b’1.24%, il-MIDI 2026 b’1.46%, il-Hili Finance Company 2029 b’1.93% u l-SD Finance 2027 kellhom l-akbar żieda ta’ 1.96%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt illum waqgħu wara rapporti mill-OPEC u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija baxxew it-tbassir dwar id-domanda għal din is-sena minħabba l-imxija tal-virus fiċ-Ċina, l-aktar importatur taż-żejt fid-dinja. Tard matul il-jum, il-Brent u l-West Texas Intermediate żdiedu u wrew żieda ta’ 1.11% u 0.98% rispettivament.

Il-prezz tad-deheb żdied wara żieda qawwija fil-każi tal-coronavirus u l-imwiet fiċ-Ċina li naqqset is-sentiment ta’ riskju, bl-investituri jiġru jinvestu fid-deheb.

Aħbarijiet Oħra

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minnn BNF Bank. Muniti Id-dollaru Amerikan tbaxxa mill-ogħla rata tiegħu f’xahrejn għax tamiet ta’ stimulu ġdid naqqas it-tħassib…

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas livell hekk kif dejta ekonomika mill-Istati Uniti u tħassib dwar it-tieni mewġa tal-koronavirus tlaqqgħet ma’ dejta dgħajfa mill-Ewropa u żiedu l-valur tad-dollaru. Id-dollaru tela’ għal $1.1671…

Muniti L-Isterlina tbaxxiet kontra d-dollaru u l-ewro, wara li l-Bank of England qal li ngħata tagħrif kif tista’ tkun implimentata b’effett rata ta’ interessi negattiv jekk ikun hemm bżonn. Il-Bank…

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef kontra l-muniti u kien kważi bla tibdil kontra l-ewro minħabba stennija li l-Federal Reserve seta’ jagħti ħjiel ta’ aktar azzjoni fil-politika monetarja, waqt li l-yuan Ċiniż…

Aktar