Barranin, Lokali
L-ewro tilef kontra d-dollaru wara li l-ECB ma bidilx ir-rati tal-interessi

Muniti Kontra l-Ewro

L-ewro tilef kontra d-dollaru wara li l-Bank Ċentrali Ewropew ma bidilix ir-rati tal-interessi, waqt li l-isterlina tilfet mill-ogħla rata f’ġimagħtejn hekk kif is-swieq ikkunsidraw rebħa elettorali għall-Partit Konservattiv.

Imħatri fis-swieq dwar kemm l-isterlina ser tkun volatili fl-24 siegħa li ġejjin kibru għall-ogħla livell f’sena hekk ir-Renju Unit beda jivvota f’elezzjoni ġenerali li xi stħarriġ tal-opinjoni pubblika juru li huwa diffiċli wieħed jgħid minn ser jirbaħ.

Indiċi

Id-Dow Jones kien qed jinnegozja bla ebda bidla fil-ftuħ. L-istokks Ewropej ftit kellhom bidla wara li l-Bank Ċentrali Ewropew tejjeb l-valutazzjoni tat-tkabbir ekonomiku waqt li baxxiha għall-inflazzjoni. L-Istokks Taljani marru tajjeb.

Il-FTSE 100 tilef 0.25% minħabba l-elezzjonijiet. Madwar l-Ewropa, l-akbar żidiet kienu fl-ishma tal-banek u b’hekk innewtralizzaw it-tnaqqis fl-ishma tal-kumpaniji tal-ikel u tax-xorb minerali.

Ishma Lokali

Is-sessjoni tal-ishma lokali llum kienet pożittiva b’mod ġenerali. Il-Malta Properties Company, l-HSBC Bank Malta u l-Mapfre Middlesea żdiedu b’5.38%, 2.45% u 1.54% rispettivament. Kien hemm tnaqqis ta’ 1.99% fil-prezz tal-ishma tal-Malita Investments.

Bonds

Is-suq tal-bonds kien imħallat. Il-Hili Properties 2025 żdiedu b’0.19%; l-International Hotel Investments 2026 b’0.05% u l-Bank of Valletta 2019 b’0.01%.

Kien hemm tnaqqis ta’ 0.03% fl-HSBC Bank 2018; 0.48% fil-PTL Holdings 2024 u ta’ 1.40% fl-International Hotel Investments.

Indikaturi Ekonoimiċi

Il-Bank Ċentrali Ewropew illum ma bidilx ir-rati tal-interessi b’deċiżjoni li kienet mistennija ħafna u ma ta ebda ħjiel li r-rati tal-interessi ser jerġgħu jitnaqqsu. Il-Bank żamm l-istess rata għal depożiti matul il-lejl ta’ 0.40% taħt iż-żero.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tbaxxa għat-tieni jum wara l-ieħor biex niżel għall-anqas livell f’xahar wara li kien hemm żieda mhux mistennija fl-inventarji taż-żejt tal-Istati Uniti u r-ritorn ta’ aktar żejt min-Niġerja u dan kabbar t-tħassib tal-investitutri dwar suq diġà mifqugħ.

Il-prezz tad-deheb ma ċċaqlaqx hekk kif l-investituri qagħdu jistennew id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-elezzjoni fir-Renju Unit u x-xhieda mill-ex-Direttur tal-FBI, James Comey.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Matul din il-ġimgħa d-dollaru kellu żieda, mgħejjun minn tkabbir fl-ottimiżmu dwar il-prospetti għar-riformi fiskali tal-Istati Uniti. L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’ġimgħa kontra l-ewro wara li statistika wriet tnaqqis mhux…

Barranin

  Emirates today launched a US$15 million campaign to inspire travel and promote the airline’s extensive network of global destinations including its home and hub, Dubai. The campaign is backed…

Barranin, Lokali

Muniti Kontra l-Ewro Id-dollaru żamm iż-żidiet tal-bidu u baqa’ fl-ogħla livell f’ġimgħa kontra basket ta’ muniti, wara rapport li l-President Amerikan qed imiel lejn għażla ta’ bniedem favur żieda fir-rati…

Barranin

Muniti L-ewro ssaħħaħ kontra d-dollaru u l-isterlina kmieni din il-ġimgħa iżda tilef iż-żieda kontra l-isterlina li żdiedet b’aktar minn ċenteżmu kontra d-dollaru biex laħqet l-ogħla livell fi tmint ijiem kontra…

Aktar