Barranin
L-ewro tilef kontra l-parti l-kbira tal-muniti rivali

Muniti 

L-ewro llum tħabat wara li tilef kontra l-parti l-kbira tar-rivali tiegħu. Il-munita unika tilfet aktar minn 0.30% kontra d-dollaru u l-yen. L-ewro żdied ftit kontra l-Isterlina, li wkoll tħabtet biex tikseb saħħa kontra muniti oħrajn.

L-Isterlina llum waqgħet taħt il-livell  importanti ta’ $1.22 għall-ewwel darba f’aktar minn ħames ġimgħat  kontra d-dollaru u imbagħad irtirat xi ftit hekk kif tħabtet ma’ taħlita ta’ dollaru aktar b’saħħtu u l-istatistika ekonomija dgħajfa mir-Renju Unit.

Id-dollaru ssaħħaħ lejn l-ogħla rata fi tliet ġimgħat hekk kif idgħajfu s-swieq finanzjarji wara li ċ-Ċerman tal-Federal Reserve, Jerome Powell ċaħad spekulazzjoni dwar rati ta’ interess negattivi.

Indiċi

L-ishma Ewropej illum irtiraw hekk kif kummenti minn uffiċjali Amerikan qanqlu tħassib dwar tnaqqis ekonomiku fit-tul  minħabba l-coronavirus, waqt li l-investituri qed jaraw il-prospetti tal-biża’ ta’ tieni mewġa ta’ infezzjonijiet.

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street kienu resqin għal tnaqqis mal-ftuħ wara żewġ sessjonijiet preċedenti ta’ telf, hekk kif l-investituri qed jitħassbu dwar tnaqqis ekonomiku li ser idum aktar milli kien previst.

Shares

Is-suq tal-ishma lokali, llum kien imħallat, madankollu l-movimenti l-kbar kienu negattiv u l-indiċi tilef 0.47%. Il-Medserv kienu fuq quddiem u għalqu €0.70 kull sehem b’telf ta’ 12.50%. Il- GO ukoll għalqu f’territorju negattiv b’6.22%; il-Malta International Airport tilfu 1.22% għal €4.84 kull sehem.

F’territorju pożittiv, il-Bank of Valletta żdiedu b’0.96%; il-Lombard Bank Malta żdiedu 1.94% u l-RS2 Software marru l-aħjar, b’żieda ta’ 2.13%.

Bonds

Il-movimenti fil-bonds lokali llum kienu kollha taħt il-1% l-aktar negattivi.

L-International Hotel Investments  2021 tilfu 0.70%, il-Hili Properties  2025 u l-Bortex Group Finance  2027 it-tnejn tbaxxew b’0.50%, il-Mediterranean Investments Holding  2020 tilfu 0.20%.

Il- GAP Group 2022 naqsu b’0.09% u l-Mercury Projects Finance  2027 b’0.05%. Il-Von der Heyden Group Finance 2024 żdiedu b’0.02%

Prodotti Essenzjali 

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum wara tnaqqis fil-ħażniet taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti u tbassir mill-Aġenzija Internazzjonai tal-Enerġija għal ħażniet globali aktar baxxi fit-tieni nofs tas-sena. Il-prezz tal-Brent iżda xorta baqa’ qrib it-$30 kull barmil hekk kif domanda baxxa naqqset iż-żidiet.

Id-deheb żamm sod minħabba li tħassib ta’ tnaqqis ekonomiku fit-tul minħabba l-coronavirus ibbilanċja lil dollaru aktar b’saħħtu wara li l-Federal Reserve warrab tamiet ta’ rati ta’ interessi negattivi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum laħaq l-ogħla rat fi 11-il ġimgħa hekk kif tilef id-dollaru, bl-investituri jżommu t-tamiet tagħhom għal rkupru ekonomiku globali. L-investituri qed jittamaw li l-banek ċentrali ser ikomplu jixtru…

Barranin

Muniti L-Isterlina llum telgħet għall-ogħla rata fi tliet ġimgħat kontra d-dollaru wara li r-Renju Unit illaxka l-miżuri tal-lockdown, iżda l-pożizzjoni li l-Isterlina ser titbaxxa hija l-akbar f’aktar minn ħames xhur…

Barranin

Muniti  L-ewro kien sod llum hekk kif l-investituri ddubitaw dwar kemm ser jitwettaq il-pjan tal-Unjoni Ewropew ta’ €750 Biljun biex issostni lill-ekonomija. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ilbieraħ biex tappoġġa lill-ekonomiji…

Barranin

 L-ewro kien reisaq lejn l-ogħla rata f’xahrejn wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ta’ rkupru ekonomiku li jiswa €1.85 Triljun. L-ewro tħabat mindu waqa’ f’Marzu meta l-investituri marru għad-dollaru. Iżda…

Aktar