Barranin
L-ewro titbaxxa bi tħassib dwar il-pjani għall-baġit tal-Italja

Muniti

Tħassib dwar il-pjani tal-baġit tal-Italja, evidenti minn żieda fid-dħul tal-bonds, kien wieħed mill-fatturi ewlenin li eżerċita pressjoni ‘l isfel fuq l-ewro.

Jidher li l-investituri studjaw sewwa l-aħħar ottimiżmu mill-aġenzija ta’ kreditu Moody’s li tat il-livell ta’ stabbli, li parzjalment jibbilanċja t-tnaqqis fir-rating tal-bonds tal-Gvern Taljan sa punt aktar minn status ta’ “junk”.

Sadanittant, kumment mill-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte, li qal li huwa ta’ preġudizzju jekk l-Unjoni Ewropea tħabbar iċ-ċaħda tal-baġit qabel ma tirċevih, reġa’ qajjem biża’ ta’ tilwima u kompla jolqot ħażin lis-sentiment dwar l-ewro.

Is-swieq finanzjarji issa qed iħarsu il-quddiem lejn il-pubblikazzjoni tat-tweġiba tal-Italja lill-ittra ta’ twissija mill-UE dwar il-pjani fiskali tal-pajjiż.

Ir-rata tal-ewro kontra d-Dollaru Amerikan malajr tilfet iż-żieda bikrika għall-ogħla livell f’bosta jiem ta’ $1.1550 għal-livell inqas ta’ $1.1491. Il-muniti tħabtu biex iżidu fuq l-irkupru tajjeb ta’ nhar il-Ġimgħa mill-inqas livell f’xahar u intlaqtu minn bejgħ qawwi matul is-sessjoni bikrija fl-Ewropa.

Barra minn dan, l-ewro tilef 0.21% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.15% kontra l-Frank Żvizzeru. L-ewro ma nbidilx kontra d-Dollaru Awstraljan waqt li wera żieda ta’ 0.41% kontra l-Isterlina u 0.02% kontra l-Yen.

Indiċi

L-indiċijiet fl-Ewropa kienu kollha f’territorju pożittiv. Il-FTSE 100 żdied b’0.81%; l-iSTOXX 50 b’0.34%; id-DAZX b’0.65% u l-CAC 40 b’0.40%.

Id-Dow Jones fetaħ 0.33% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.146% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.
Shares

Fis-sessjoni tal-ishma lokali il-Bank of Valletta u l-MIDI żdiedu b’aktar minn 0.60% u għalqu €1.370 u $0.730 rispettivament.
Sadattant il-Mapfre Middlesea, il-Middlesea, Tigne Mall u HSBC Bank Malta kollha tilfu aktar minn 0.50% bl-HSBC jitlef l-aktar, b’1.64% biex għalaq €1.1800.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali l-International Hotel Investments 2026 żdiedu b’0.81% u d-Dizz Finance 2026 b’0.58%.

L-International Hotel Investments 2026 (It-Tieni Serje) tilfu 0.06%; il-Mediterranean Investment Holdings 2022, 0.18%; il-Hili Finance Company 2028, 0.19%; il-MIDI 2026, 0.48% u l-GAP Group 2023 0.95%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt baqa’ qrib it-$80 kull barmil, hekk kif l-Għarabja Sawdija ippruvat tassigura lis-swieq li r-renju jibqa ffokat fuq iż-żieda fil-produzzjoni biex jikkumpensa t-telf tal-provvista minn bnadi oħra, bħal ma huwa l-Iran.

Il-Brent żdied b’0.16% għal $79.91 waqt li l-U.S.Light crude żdied b’0.09% għal $69.18.

Il-prezz tad-deheb tilef 0.24% għal $1,223.53 u l-fidda żdiedet b’0.18% għal $14.6456.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Barranin

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata tagħha fi kważi 18-il xahar waqt li kien hemm irkupru fil-bonds tal-Gvern Ingliż hekk kif kien irrapportat li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħassret vot kruċjali…

Barranin

Il-ġimgħa li għaddiet l-ewro għadda minn fażi ta’ konsolidament kontra l-Isterlina wara dak li deher li kien laħaq qabeż l-inqas livell minn Awwissu. Dan iżda kien falz. Minn dak iż-żmien,…

Barranin

Muniti Iż-żona ewro mhux qed turi ebda sinjali ta’ tisħiħ ekonomiku bl-Italja f’xifer ta’ riċessjoni wara li l-gvern populista daħal f’battibekk mal-awtoritajiet Ewropej dwar il-pjanijiet tal-infiq. Bħalissa s-sitwazzjoni fir-reġjun magħmul…

Aktar