Barranin
L-ewro u l-isterlina ħadu r-ruħ bl-ottimiżmu li ġab miegħu l-ftehim dwar il-Brexit

Id-dollaru Amerikan kien qed jiġi nnegozjat fl-inqas rata tiegħu dan ix-xahar kontra l-muniti ewlenin rivali hekk kif tnaqqis fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan u aktar telf f’Wall Street ċajpar is-sentiment.

L-indiċi tad-dollaru, il-kejl tal-valur tiegħu kontra sitt muniti ewlenin kien 95, inqas mill-ogħla livell f’xahar ta’ 96.15 milħuq nhar it-Tlieta.

Id-Dow Jones għalaq fl-inqas livell f’xahrejn wara tnaqqis ta’ 2.13% waqt li l-S&P tilef 2.05%. Id-Dow Jones kien tilef madwar 7% nhar it-3 t’Ottubru.

Żieda inqas milli mistennija fl-inflazzjoni fl-Istati Uniti imminat id-dollaru hekk kif l-investituri naqqsu t-tamiet ta’ aktar żidiet maż-żidiet ippjanati fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve.

L-ewro u l-isterlina żdiedu din il-ġimgħa, imsaħħa minn ottimiżmu dwar ftehim dwar il-Brexit, waqt li d-dollaru tilef kontra basket ta’ muniti anke hekk id-dħul mill-bonds tat-teżor kienu qrib l-ogħla għal bosta snin.

Iż-żidiet tal-munita unika kienu limitati minn tħassib dwar is-sostenibbiltà tal-finanza pubbliċi tal-Italja, għalkemm il-Ministru tal-Ekonomija Giovanni Tria tenna nhar l-Erbgħa li l-gvern ser jagħmel dak kollu possibbli biex jikseb lura l-fiduċja tas-swieq finanzjarji.

Il-prezzijet bil-quddiem taż-żejt Brent telgħu b’$1.02 jew 1.3% għal $81.28 sa dalgħodu. Il-prezz kien tilef 3.4% nhar ilbieraħ wara tnaqqis qawwi fis-swieq tal-ishma u indikazzjonijiet li t-tħassib dwar il-provvista kien imkabbar iżżejjed.

Il-Brent xorta riesaq telf ta’ 3.4% għal din il-ġimgħa, l-ikbar waqgħa fi kważi erba’ xhur.

Il-prezzijiet bil-quddiem tal-U.S. West Texas Intermediate żdiedu bi 80 cent, jew 1.1% għal $71.77 kull barmil wara tnaqqis ta’ 3% fis-sessjoni ta’ qabel. Dan it-tip ta’ żejt riesaq lejn tnaqqis ta’ 3.5% fil-prezz għal din il-ġimgħa.

Il-prezzijiet tad-deheb waqgħu din il-ġimgħa hekk kif issaħħew l-ishma Asjatiċi, iżda d-deheb żamm qrib l-ogħla prezz f’10 ġimgħa milħuq fis-sessjoni ta’ qabel fejn qabel livell importanti u dan qajjem ottimiżmu dwar aktar żidiet fil-prezz.

L-ishma fl-Asja għamlu rkupru llum biex ikollhom l-ewwel żieda f’ġimagħtejn u qawwew is-sentiment tal-investitur li kien intlaqat minn volatilità qawwija fl-indiċi li huwa meqjus bħala l-kjel tal-biża’ għal Wall u li żdied għall-ogħla livell fi tmien xhur.

Il-prezz għad-deheb tbaxxa b’0.4% għal $1,218.86 kull uqija wara li lbieraħ żdied 2.5% l-ikbar żieda minn Ġunju 2016 hekk kif tħarbita fl-ishma wassal biex l-investituri jfittxu assi siguri.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru llum kien riesaq lejn tnaqqis żgħir wara li kien laħaq l-ogħla rata f’sentejn minħabba dħul inqas mill-bonds tal-Gvern Amerikan hekk kif l-investituri qed jibżgħu li t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahar illum hekk kif it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu għoljin qabel ma l-minuti tal-Federal Reserve jagħtu ħjiel dwar x’kien wassal lill-mexxejja…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Aktar