Barranin
L-Ewro u l-Isterlina jitbaxxew ftit

Muniti

L-ewro waqa għal $1.1112, mill-ogħla livell f’ħames xhur ta’ $1.1239 fil-31 ta Diċembru u wara li kien jiġi nnegozjat għal $1.1122.

Statistika maħruġa llum turi li l-prezzijiet tal-konsumatur fl-Istati Uniti telgħu bi ftit matul Diċembru u irtirat il-pressjoni inflazzjonarji ta’ kull xahar, li tista’ tippermetti lill-Federal Reserve li jżomm ir-rati tal-interess bla bidla għal matul is-sena.

Id-Dipartiment tat-Teżor Amerikan ilbierah bidel it-tifsira taċ-Ċina bħala manipulatur tal-kambju f’dik li hija meqjusa mossa konċiljatorja qabel l-iffirmar tal-ftehim kummerċjali għada.

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra l-ewro u għal livell baxx ġdid għall-2020 kontra d-dollaru llum, hekk kif l-investituri bdew jinkwetaw dwar l-istat tal-ekonomija u spekulaw li dan ser iwassal biex il-Bank of England ibaxxi r-rati tal-interess dan ix-xahar. L-Isterlina tilfet sewwa lbieraħ wara li direttur ieħor tal-Bank of England qal li jivvota favur tnaqqis fir-rati tal-interessi aktar tard dan ix-xahar kemm-il darba l-istatistika ekonomika ma titjibx b’mod sinifikanti.

Indiċi

Ftit li xejn kien hemm movement fl-ishma Ewropej hekk kif l-imnvestituri ħadu xi profit wara l-
irkupru rekord qabel il-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

L-ishma fl-Istati Uniti illum irtiraw mil-livelli rekord, hekk kif l-ishma tat-teknoloġija tilfu ż-żidiet li kienu għamlu mat-tamiet ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina waqt li Wells Fargo tilfet fil-bidu imħallat tal-perjodu tar-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji.

Stocks Lokali

Fis-settur tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta kien l-agħar li mar u għalaq b’€1.06, telf ta’ 0.47%. Fl-istess ħin, il-Global Capital kienu l-aħjar li marru b’żieda ta’ 7.14%. Il-Malta Properties Company plc avvanzaw b’0.80%, il-PG b’1.10% u Simonds Farsons Cisk ukoll żdiedu bi 2.70%.

Bonds Lokali

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, dawn kienu gb’miod ġenerali pożitrtivi bil-parti l-kbira ikollhom żieda ta’ aktar minn 1%. L-AX Investments 2024 żdiedu 1.37%, l-AX Group 2026 L-ewwel Serje avvanzaw 0.99%, 4.35% Il-Hudson Malta 2026 żdiedu 0.97%, il-Hili Finance Company 2028 żdiedu b’0.94% waqt li l-International Hotel Investments 2026 irreġistraw żieda ta’ 1.28%, Simonds Farsons Cisk 2027 żdiedu 1.68% u l-iStivala Group Finance 2027 għalqu pożittivament b’1.86%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz ta’ referenza internazzjonali għaż-żejt, dak tal-Brent, żdied 1% għal kważi $65 illum u b’hekk waqqaf erbat ijiem infila ta’ telf minħabba li naqset it-tensjoni fil-Lvant Nofsani u hekk kif l-Istati Uniti u ċ-Ċina, l-akbar konsumaturi tal-enerġija fid-dinja, qed iħejju biex jiffirmaw ftehim kummerċjali preliminari.

Il-prospetti tad-domanda għaż-żejt kienet sostnuta qabel l-iffirmar tal-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina li jimmarka pass importanti lejn tmiem it-tilwima li waqqfet it-tkabbir ekonomiku mondjali u ċajpret id-domanda għaż-żejt.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Barranin

Muniti L-indiċi tad-dollaru, li jkejjel il-valur tiegħu ma’ grupp ta’ sitt muniti, tbaxxa għal 97.481. Waqt li kien qed jitkellem fil-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos, il-President Donald Trump qal li dalwaqt…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum żdied għall-ogħla livell tal-2020 wara li s-sensiela ta’ statistika tal-ġimgħa li għaddiet ikkonfermat li l-ekonomija tal-Istati Uniti tinsab f’saħħitha, waqt li l-yuan Ċiniża laħaq għal ftit ħin…

Barranin

Muniti Il-parti l-kbira tal-muniti ewlenin ma tawx każ l-iffirmar illum tal-ewwel fażi tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, sempliċiment għax il-parti l-kbira tal-kwistjonijiet miftehma kienu mistennija mill-investituri sa mis-Sajf….

Aktar