L-Ewro żdied għall-ogħla rata fi tliet snin kontra d-Dollaru

Muniti Kontra l-Ewro

L-Ewro żdied għall-ogħla rata fi tliet snin kontra d-Dollaru, mgħejjun minn ottimiżmu ekonomiku li qed jiżdied fiż-żona tal-Ewro u l-istennija li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jissikka l-politika monetarja tiegħu.

Iż-żieda tal-Ewro kontra d-Dollaru dgħajjef bil-bosta kienet evidenti ħafna, bil-prospett ekonomiku li qed jitjieb fiż-żona ħajjar aktar investituri li jibbilanċjaw mill-ġdid il-portfolli tagħhom lejn ir-reġjun.

L-Isterlina żdiedet wara li kellha l-akbar żieda f’erba’ xhur nhar il-Ġimgħa wara rapport fil-midja li l-Olanda u Spanja kienu favur ftehim li jippermetti lir-Renju Unit li jibqa’ qrib kemm jista’ jkun mal-Unjoni Ewropa naqqas il-bejgħ tal-munita mħajjar mill-biża’ li tista’ titbaxxa.

Indiċijiet

L-istokks Ewropew bdew il-jum fuq nota kajmana wara ġimagħtejn ta’ żidiet, bl-istokks ċikliċi l-akbar telliefa, waqt li l-akkwisti ta’ kumpanija baqgħu l-fokus. L-indiċi ewlenin fl-Istati Uniti bdew il-ġurnata fuq nota pożittiva bid-Dow Jones jiżdied qrib il-1%, ton ottimista speċjalment meta wieħed jikkunsidra li żmien l-irrapportar finanzjarju mill-kumpaniji jinsab fl-eqqel tiegħu. L-indiċi lokali tilef 0.37%.

Ishma Lokali

L-ishma lokali kienu b’mod ġenerali negattivi llum bl-uniku isem pożittiv ikun il-Malta Properties li żdiedu b’0.5%. F’territorju negattiv kienu l-Bank of Valletta u l-HSBC għalkemm it-telf huwa meqjuż bħala baxx. Aktar negattivi kienu l-ishma tal-MIDI li tilfu qrib it-3% u l-Plaza Centres li tilfu aktar minn 9%.

Bonds Lokali

Is-sessjoni tal-bonds lokali kienet ftit li xejn imħallta b’żidiet reġistrati mill-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 u l-Grand Harbour Marina 2027, li t-tnejn żdiedu qrib il-1.5%.

Telf ta’ qrib il-1% kien reġistrat fil-Von der Heyden Group Finance 2024 u l-Bank of Valletta 2018. Is-Central Business Centres 2027 tilfu qrib it-2%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt baqa’ taħt l-ogħla livell fi tliet snin qrib is-$70 kull barmil wara sinjali li t-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u r-Russja qed inaqqas il-provvisti, iżda l-analisti wissew bil-periklu minħabba produzzjoni li qed tikber mill-Istati Uniti.

Il-prezz tad-deheb laħaq l-ogħla livell f’erba’xhur hekk kif l-indiċi tad-dollaru waqa’ għall-inqas livell fi tliet snin, iżda analisti qalu li t-tnaqqis fil-valur tad-dollaru jista’ ma jdumx għax ma kienx xprunat minn fatturi fundamentali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-Ewro llum tbaxxa għall-inqas rata f’ħames xhur għax l-investituri qed juru tħassib dwar it-talbiet tal-partiti populisti li mistennija jiffurmaw gvern fl-Italja u hekk kif żieda ġdida fid-dħul tal-bonds tat-Teżor Amerikan…

Barranin, Lokali

L-ewro baqa’ mwaħħal qrib l-inqas rata wara l-aħbar ta’ tkabbir ekonomiku dgħajjef aktar milli mistenni fil-Ġermanja u żieda fid-dħul mill-bonds tat-Teżor Amerikan għenet lid-dollaru jirkupra wara pawsa fiż-żidiet. Is-saħħa tad-dollaru…

Barranin

Id-Dollaru tbaxxa għall-inqas livell f’ġimgħa hekk l-investituri bdew jiddubitaw jekk l-irkupru tal-ġimgħa li għaddiet li wassal lill-munita Amerikana għall-ogħla livell f’aktar minn erba’ xhur kienx spiċċa. Id-Dollaru żdied hekk kif…

Barranin

Id-dollaru baqa’ qrib l-inqas rata f’erba’ xhur u nofs kontra grupp ta’ muniti wara li statistika dgħajfa dwar l-inflazzjoni wasslet biex l-investituri jnaqqsu xi ftit it-tamiet ta’ żidiet aktar mgħaġġla…

Aktar