L-Arabja Sawdija qed tipproduċi l-istess ammont ta’ żejt li kienet ittella’ qabel l-attakki

Id-dollaru tbaxxa llum wara li stħarriġ dgħajjef dwar is-settur tas-servizzi tal-Istati Uniti kabbar il-biża’ li l-pressjonijiet mit-tilwimiet tal-Istati Uniti maċ-Ċina u ma’ pajjiżi oħra jistgħu jinfirxu mal-ekonomija usa’ Amerikana u eventwalment din tidħol f’riċessjoni.

L-indiċi tad-dollaru tbaxxa għal 98.816, jiġifieri b’0.9% wara li kmieni din il-ġimgħa kien laħaq l-ogħla livell f’sentejn u nofs. Kontra l-yen, id-dollaru bħalissa għandu tnaqqis ta’ 0.15% għal 106.78 yen wara li lbieraħ tbaxxa għall-inqas rata f’xahar ta’ 196.48 yen ilbieraħ.

L-ewro li ntlaqat ħażin minn tħassib li l-Ġermanja tidħol f’riċessjoni, żdied b’0.15% għal $1.0980 u estenda l-irkupru tiegħu mill-inqas rata f’sentejn u nofs ta’ $1.0879 ta’ nhar it-Tlieta li għadda.

L-ishma Asjatiċi żdiedu llum, wara żidiet f’Wall Street, iżda sinjali ta’ inkwiet fl-ekonomija mondjali naqqsu s-sentiment ta’ riskju hekk kif is-swieq stennew ir-rapport ewlieni mill-Istati Uniti dwar l-impjiegi li jista’ jiddetermina jekk il-Federal Reserve inaqqasx aktar ir-rati ta’ interessi. L-investituri intlaqtu minn sett ta’ statistika dgħajfa mill-Istati Uniti din il-ġimgħa, inkluż stħarriġ dwar is-setturi tas-servizzi u tal-manifattura, biex kabbar it-tħassib li t-tilwima kummerċjali maċ-Ċina qed tolqot il-laħam il-ħaj tal-akbar ekonomija fid-dinja.

L-indiċi Ewropew, STOXX 50 żdied b’0.44%, id-DAX b’0.33% u l-FTSE100 b’0.69%. L-indiċi tal-prezz bil-quddiem tal-ishma fl-Istati Uniti żied 0.1% wara żieda ta’ 0.80% fl-S&P 500 matul il-lejl wara tamiet li tnaqqis futur fir-rati tal-interessi mill-Federal Reserve ser isostni il-qligħ tal-kumpaniji.

Il-prezzijiet bil-quddiem taż-żejt kienu ogħla qabel tmiem il-ġimgħa iżda xorta resqin li l-akbar telf f’ġimgħa minħabba tħassib li tkabbir ekonomiku globali aktar bil-mod ser jolqot ħażin id-domanda għal-fjuwil, anke hekk kif l-Arabja Sawdija qalet li issa għandha l-produzzjoni sħiħa wara l-attakki ta’ dan l-aħħar.

Il-Brent żdied 28 cents, jew 0.5% għal $57.99 dalgħodu waqt li l-United States West Texas Intermediate wera żieda ta’ 29 cents jew 0.6% għal $52.74. Għal din il-ġimgħa il-Brent tilef 6.3%, l-akbar minn Lulju waqt li l-West Texas tilef 5.7%, ukoll l-akbar minn Lulju.

Il-Ministru tal-Enerġija Sawdi qal li pajjiżu issa qed jipproduċu l-ammont ta’ żejt li kien itella qabel l-attakki ta’ dan l-aħħar li kienu baxxew il-produzzjoni mondjali b’5%.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu għar-raba’ sessjoni infila llum, sostnuti minn sentiment favur assi sikuri wara statistika dgħajfa Amerikana żiedet it-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku, bl-attenzjoni ddur fuq ir-rapport dwar l-impjiegi.

Il-prezz spot tad-deheb żdied b’0.3% għal $1,508.64 wara li fis-sessjoni ta’ qabel kien tela’ għal $1,518.50.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’xahrejn kontra l-yen għal 119.94 yen kmieni matul il-jum. Il-munita unika tilfet ukoll kontra l-Frank Żvizzeru, għall-inqas livell fi 33 xahar ta’ 1.0683 frank kull…

Barranin

L-ewro llum baqa’ qrib l-inqas rata kontra d-dollaru f’seba’ ġimgħat wara li l-Bank Ċentrali Ewropew deher aktar kawt milli mistenni, waqt li l-ansejtà dwar l-imxija tal-coronavirus fiċ-Ċina tat spinta lill-yen, meqjus bħala…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Aktar