Barranin
L-iffirmar tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina ma jaffettwax il-muniti ewlenin

Muniti

Il-parti l-kbira tal-muniti ewlenin ma tawx każ l-iffirmar illum tal-ewwel fażi tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, sempliċiment għax il-parti l-kbira tal-kwistjonijiet miftehma kienu mistennija mill-investituri sa mis-Sajf. Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru, l-aktar par fluwidu, tilfet 0.06% għal $1.1155.

L-Isterlina għoliet llum u laħqet l-ogħla rata tal-ġimgħa għax l-investituri ħadu pawsa fis-sentiment dwar tnaqqis fir-rati tal-interessi mill-Bank of England aktar tard dan ix-xahar. L-Isterlina waqgħet sewwa din il-ġimgħa wara li direttur ieħor tal-Bank of England qal li ser jivvotaw lejn tnaqqis kemm-il darba l-istatistika ekonomika ma titjibx sinifikament.

Indiċi

L-ishma Ewropej żdiedu llum wara li l-Istati Uniti u ċ-Ċina ffirmaw l-ewwel fażi tal-ftehim kummerċjali bejniethom u dan ta ftit tas-serħan lis-swieq finanzjarji li kienu ilhom milquta ħażin minn 18-il xahar ta’ tilwim bejn l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja.

L-indiċi tal-ishma fl-Istati Uniti baqa’ qrib l-ogħla livell rekord minħabba l-ottimiżmu dwar il-ftehim bejn l-Istati Uhniti u ċ-Ċina u bidu pożittiv tal-perjodu li fih jitħabbru r-rapporti finanzjarji mill-kumpaniji. Id-Dow Jones għalaq ’il fuq mill-limitu ta’ 29,000 għall-ewwel darba wara li l-S&P 500 laħaq livell rekord ilbierah wara li l-President Trump u l-Viċi Prim Ministru Ċiniż Liu He iffirmaw il-ftehim.

Stocks Lokali

Fis-settur tal-ishma lokali, il-BMIT Technologies avvanzaw 2.94%, il-Bank of Valletta żiedu l-prezz b’1.86% waqtli l-FIMBank kellu l-akbar żieda ta’5%. Il-Malta Properties Company żdiedu 3.17% u l-PG b’0.54%. L-ishma tal-HSBC Bank Malta tilfu 2.61% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ kważi 6% fil-Mapfre Middlesea.

Bonds Lokali

Fil-qasam tal-bonds lokali, is-6PM Holdings 2025 żdiedu bi 2.62%, il- GlobalCapital 2021 tilfu 1.01%, il-Hili Finance Company 2029 avvanzaw 2.04%, il-Hili Properties 2025 naqsu bi 2.57%, il-Medserv 2020/23 għalqu pożittivament b’1.14%, il-Pendergardens Developments 2020 żdiedu b’1.61% u kien hemm tnaqqis ta’ 0.73% fl-SD Finance 2027.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt żamm sod illum hekk kif il-ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċin ġab serħan lis-swieq, iżda ż-żidiet kienu limitati wara li l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija qalet li tistenna li l-produzzjoni tkun bil-bosta aktar mid-domanda.

Il-Brent żdied b’0.81% għal $64.56, waqt li l-United States West Texas Intermediate żdied b’0.69% għal $58.25. Taħt l-hekk imsejjaħ l-Ewwel Fażi tal-ftehim bjen l-Istati Uniti u ċ-Ċina, din ikkommetiet ruħha li tixtri $50 Biljun aktar żejt, gas naturali u prodotti tal-enerġija oħrajn mill-Istati Uniti matul sentejn.
Id-deheb ftit kellu moviment iżda baqa’ ‘l fuq mil-livell ewlieni ta’ $1,500 hekk kif il-ftehim ma taffiex it-tħassib dwar it-tariffi u kwistjonijiet oħra importanti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru ssoda llum iżda ħa pawsa mill-irkupru qawwi tal-aħħar ġimgħat wara li l-Federal Reserve għen lill-likwidità tal-munita fis-swieq finanzjarji billi għamilha eħfef għal banek ċentrali oħrajn biex jaċċessaw id-dollaru….

Barranin

Muniti Id-dollaru waqqaf ġimgħa ta’ telf llum u ikrupra kontra l-muniti ewlenin u swieq emerġenti aktar riskjużi hekk kif l-investituri qed iħejju għal inċertezza twila u passi eħrex mill-gvernijiet biex…

Barranin

Id-dollaru kien riesaq lejn l-akbar waqgħa f’ġimgħa f’aktar minn 10 snin hekk kif sensiela ta’ miżuri ta’ stimulu madwar id-dinja, inklużi $2 Triljun mill-Istati Uniti, għenu biex naqqsu t-tħarbita fis-swieq…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra grupp ta’ muniti wara li dejta wriet żieda bla preċedent fl-Amerikani li marru jirreġistraw għal benefiċju tal-qgħad, hekk negozji madwar il-pajjiż qed jagħluq…

Aktar