X

L-importazzjoni Ċiniża taffettwa l-prezz taż-żejt 

L-Ewro baqa’ qrib id-$1.16 iżda ma rnexxielux jieħu vantaġġ minn pawsa fl-irkupru tad-dollaru, waqt li statistika tajba ferm miċ-Ċina ikkalmat is-sentiment dwar it-tensjonijiet riċenti bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Id-dollaru ddgħajjef wara li kien laħaq l-ogħla livell fi tlitt ġimgħat nhar it-Tnejn, meta l-prospetti ta’ gwerra kummerċjali totali kabbret id-domanda għad-dollaru. L-investituri qalu li d-dollaru kien jenħtieglu impetu ġdid jew tkabbir fit-tensjoni kummerċjali biex jiżdied aktar fil-valur.

L-Ewro tilef 0.03% kontra d-Dollaru għal $1.1594. Sadattant il-munita unika żdiedet 0.45% kontra l-Isterlina; 0.19% kontra d-Dollaru Awstraljan; u ma nbidlitx kontra d-Dollaru Kanadiż. L-ewro madankollu tilef 0.39% u 0.02% kontra l-Yen u l-Frank Żvizzeru rispettivament.

Indiċi

L-ishma Ewropej tbaxxew hekk kif rapport finanzjarji batuti fis-settur tal-farmaċewtika laqtu ħażin is-sentiment diġa milqut mit-tensjonijiet kummerċjali, bil-Gvern Amerikan jipprepara tariffi fuq kemm jiswew $16-il biljun oħra ta’ prodotti Ċiniżi.

L-indiċijiet Ewropej  kienu mħallta fin-negozju. Il-FTSE 100 żdied b’0.72%; l-iSTOXX 50 tilef 0.24%; id-DAX kellu żieda ta’0.02% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 0.08% fil-CAC 40.

Id-Dow Jones fetaħ 0.01% ogħla waqt li kien hemm żieda ta’ 0.272% fl-Indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

Fl-ishma lokali, il-PG, il-Bank of Valletta, il-FIMBank, il-Medserv u l-MIDI żdiedu b’aktar minn 0.40% bil-PG jkollu żieda ta’ 1.49% għal €1.36. Sadattant il-Malita Investments u l-Malta Internatiomnal Airport baqgħu bla ebda ċaqliq.

Bonds

 Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Medserv 2026, il-Hili Finance Company 2028, il-Medserv 2020/23 u Simonds Farsons Cisk 2027 kellhom żieda ta’ aktar minn 0.40%.

Sadattant l-SD Finance 2027, il-Bank of Valletta 2019 u l-Medserv  2026 tilfu aktar minn 0.90%.

Commodities

Il-prezzijiet taż-żejt waqgħu wara statistika wriet li l-importazzjoni Ċiniża tbaxxiet u hekk kif it-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina komplet teskala ruħha.

Il-Brent tilef 0.64% għal $73.97 kull barmil bil-U.S. Light crude jitlef 1.43% għal $68.18.

Il-prezz tad-deheb żdied b’0.06% għal $1,212.09 kull uqija bil-prezz tal-fidda jonqos b’0.10% għal $15.41 kull uqija.