L-inċertezza dwar il-prospetti ekonomiċi taċ-Ċina jitfgħu pressjoni fuq il-prezz taż-żejt

L-ewro waqa’ llum wara sinjali ta’ sentiment li qed jeħżien fost l-investituri Ġermaniżi, għalkemm il-prospett ta’ aktar illaxkar mill-banek ċentrali – l-ewwel bil-Federal Reserve aktar tard dan ix-xahar – irriżulta f’ġurnata oħra ta’ negozju baxx fis-swieq tal-kambju. Is-swieq tal-kambju kienu notevolment kwieti fil-ġimgħat riċenti, bl-investituri jistennew qabel il-laqgħat tal-banek ċentrali dan ix-xahar. L-ewro tilef 0.33% għal $1.1221.

L-isterlina tbaxxiet għall-inqas rata f’27 xahar kontra l-ewro, u b’hekk stendiet it-telf hekk kif iż-żewġ kandidati għall-prim ministru impikaw ma’ xulxin dwar min minnhom ser ikun iebes dwar Brexit.

Indiċi

L-ishma Ewropej fetħu bi ftit li xejn bidla llum hekk kif l-investituri qed jistennew bosta rapporti finanzjarji mill-kumpaniji għat-tieni kwart tas-sena u numru ta’ indikaturi makro-ekonomiċi għal aktar sinjali dwar l-ekonomija taż-żona tal-ewro u dik globali.

Il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti żdied aktar milli mistenni f’Ġunju, b’konsum qawwi mill-konsumatur, li jista’ jgħin biex itaffi l-effett fuq l-ekonomija minn investiment kummerċjali batut. Ir-rapporti mid-Dipartiment tal-Kummerċ ma bidilx l-aspettattiva tas-swieq li d-Federal Reserve ser ibaxxi r-rati tal-interessi dan ix-xahar għall-ewwel darba f’10 snin.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Global Capital llum rat l-ishma tagħha jitilfu 5.30% għal €0.25. L-RS2 Software ukoll rreġistraw telf ta’ 1.09%.
F’territorju pożittiv kien hemm il-Mapfre Middlesea bi 2.73%, it-Tigne Mall bi 2.27%, il-Bank of Valletta b’1.79% u l-Malta International Airport b’1.45%.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-GlobalCapital 2021 telgħu b’1.26% segwiti minn Medserv 2020/23 u l-Ħal Mann Vella Group 2024 li żdiedu b’0.99% u 0.95% rispettivament. Il-Mediterranean Investments Holdings 2022 tilfu 1.46%; il-MIDI 2026 b’1.18% u l-Pendergardens Developments 2022 b’0.685.

Il-prezzijiet taż-żejt issodaw llum hekk kif il-bidu mill-ġdid tal-produzzjoni fil-Golf tal-Messiku wara l-Urugan Harry u żieda fil-provvista mill-Istati Uniti taż-żejt shale pattew għat-tensjonijiet fil-Lvant Nofsani.

L-inċertezza dwar il-prospetti ekonomiċi taċ-Ċina ukoll tefgħu pressjoni fuq il-prezzijiet wara statistika li ħarġet ilbieraħ wriet li t-tkabbir fil-pajjiż naqas għal b’6.2% minn sena qabel, l-inqas pass ta’ tkabbir f’tal-anqas 27 sena.

Anke l-prezzijiet tad-deheb żammew sod hekk kif l-investituri stennew l-istatistika dwar il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti aktar tard fil-jum għal xi ħjiel dwar is-saħħa tal-akbar ekonomija fid-dinja.

Aħbarijiet Oħra

L-ewro żdied illum wara stħarriġ dwar is-sentiment ekonomiku Ġermaniż li kien aħjar milli mistenni, biċ-ċaqliq limitati biss minn dubbji li l-ħruġ tiegħu jista’ jibdel ir-retorika tal-Bank Ċentrali Ewropew. Id-dollaru ftit…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum issoda kontra muniti sensittivi għall-kummerċ għax reġa’ qam it-tħassib dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina hekk kif riesqa skadenza importanti, waqt li l-Isterlina issaħħet wara l-aħħar…

Barranin

Id-dollaru dieħla lejn l-agħar ġimgħa minn Ottubru minħabba nervożismu fin-negozju u ħjiel ta’ dgħufija fl-ekonomija Amerikana, bil-fatturi domestiċi li minnhom gawdew id-dollaru ta’ New Zealand u l-isterlina. Il-movimenti kienu baxxi…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Aktar