L-inċertezza fl-elezzjoni Amerikana twassal biex jitbaxxa l-prezz taż-żejt

Kiber it-telf fid-dollaru u riesaq lejn l-akbar tnaqqis għal tliet ijiem minn meta tqanqal il-bejgħ qawwi f’Marzu minħabba l-Coronavirus. Dan għaliex l-investituri qed ilestu ruħhom għal laqgħa tal-Federal Reserve li tisdta tagħti ħjiel għal aktar stimulu.

Is-swieq finanzjarji qed jistennew ġranet jekk mhux ġimgħat ta’ inċertezza hekk kif il-President Trump fetaħ attakk fuq diversi fronti dwar l-għadd tal-voti f’diversi stati permezz ta’ kawżi fil-qorti u talaba għadd mill-ġdid li jistgħu jitqiesu li jmorru kontra d-dollaru.

Id-dgħufija tad-dollaru ġiet kkumpiklata wkoll mit-tnaqqis fid-dħul mill-bonds tat-Teżor ta’ 10 snin jew sentejn. Bir-riżultat finali tal-elezzjonijiet fl-Istati Uniti inċert, il-Federal Reserve mistenni li jerġa’ jsostni l-aħħar stqarrija tiegħu u jirrepeti l-wegħda li jagħmel dak li jista’ biex jgħin lill-ekonomija matul ir-riċessjoni mqanqla mill-Coronavirus.

Indiċi

L-indiċijiet f’Wall Street issaħħu llum għax l-investituri qed iqisu li Senat kontrollat mir-Repubblikani ser jimblokka kwalunkwe mossa mill-amministrazzjoni ta’ Joe Biden biex jissika r-regolamentazzjoni u jżid t-taxxi fuq il-kumpaniji anke jekk ħadd mhu jbassar ir-rebbieħ final ital-president.

L-ishma Ewropej laħqu l-ogħla livell f’jumejn llum, sostnuti minn għadd ta’ rappporti finanzjarji mill-kumpaniji tajbin, minn aktar stimulu għall-ekonomija Brittanika u żieda fl-ishma f’Wall Street hekk kif l-elezzjoni presidenzjali hija inċerta. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta ukoll żdied u segwa l-indiċijiet maġġuri.

Ishma

Fl-ishma lokali, l-International Hotel Investments għamlu qabża kbira ‘il quddiem b’żieda ta’ 10%, ferm aktar minn dawk li żdiedu u dawk li tbaxxew. Madankollu, Harvest Technology u l-Malta International Airport żdiedu 0.69% u 0.43% rispettivament. Il-Bank of Valletta u Simonds Farsons Cisk tilfu bejn 2% u 3%. Il-GO l-HSBC kienu negozjati bla bidla fil-prezz.

Bonds

In-negozju fil-bonds lokali tal-kumpaniji llum kien aktarx bilabnċjat bil-Cablenet Communication Systems 2030 jiżdiedu kważi 1%. L-International Hotel Investments 2026 avvanzaw 0.8%. Aktar ċaqliq qrib in-nofs perċentweali dehru fil-bonds ta’ Me Direct u Dizz. Pendergardens tilfu aktar minn 1.2%. Fl-aħħarnett, il-Phoenicia Finance Company 4.26%.

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew llum hekk kif id-Demokratiku Joe Biden resaq aktar lejn il-presidenza f’elezzjoni inċerta għall-aħħar, għalkemm baqa’ dubbju dwar aktar stimulu qawwi biex tkun sostnuta l-ekonomija quddiem il-kriżi tal-Coronavirus. Id-deheb illum żdied 1.50% u l-fidda 4.25%.