Barranin
L-inċertezza politika fil-Ġermanja taffettwa l-valur tal-ewro

Muniti kontra l-ewro

L-ewro ssoda llum wara li rreġistra l-ikbar waqgħa f’ġurnata fis-sessjoni ta’ qabel, peress li l-investituri qed iħarsu lil hinn mill-impass politiku fil-Ġermanja biex jiffokaw fuq l-ekonomija robusta taż-żona ewro.

L-isterlina ssaħħet għall-ogħla rata fi tmient ijiem kontra l-ewro hekk kif l-inċertezza politika fil-Ġermanja żammet lill-munita unika taħt pressjoni waqt li ottimiżmu kawt dwar l-abbożż ta’ liġi dwar il-Brexit ippreżentat minn Theresa May offra appoġġ għall-isterlina.

Indiċi

Fil-ftuħ tan-negozju llum, id-Dow Jones fetaħ 0.57% ogħla. Indiċi oħra wkoll żdiedu bid-DAX fuq quddiem b’1.09%. L-iSTOXX 50 u l-CAC 40 segwew b’0.81% u 0.80% rispettivament.

Isħma lokali

Kien hemm xi ftit movimenti llum fis-suq tal-isħma lokali bil-Plaza Centres u l-HSBC Bank Malta jkollhom żieda ta’ 0.90% u 0.64% rispettivament. Kien hemm tnaqqis ta’ 0.87% fil-Malta International Airport; 1.57% f’Simonds Farsons Cisk u 2.03% fil-PG.

Bond lokali

Is-suq tal-bonds lokali għalaq b’mod ġenerali f’territorju pożittiv. L-Island Hotels Group Holdings 2024 u l-Mediterranean Investments Holding 2020 żdiedu b’1.78% u 0.78% rispettivament. Il-PTL Holdings 2024 u l-SD Finance 2027 biss illum tilfu ftit.

Indikaturi ekonomiċi

Fl-Istati Uniti, il-bejgħ ta’ djar żdied aktar milli kien mistenni matul Ottubru hekk kif it-tfixkil ikkawżat mill-uragani batta, iżda n-nuqqas ta’ djar, li qed jgħolli l-prezzijiet li ma jintlaħqux minn dawk li qed jixtru l-ewwel dar, baqa’ ostakolu.

In-National Association of Realtors qalet llum li l-bejgħ ta’ djar eżistenti żdied bi 2% għar-rata annwali ta’ 5,480,000 post ix-xahar li għadda. Il-pass tal-bejgħ f’Settembru kien rivedut ‘l isfel għal 5,370,000.

Prodotti essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu xi ftit illum hekk kif ix-xerrejja qed jistennew il-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla li matulha l-esportaturi ewlenin huma mistennija li jestendu l-ftehim dwar il-qtugħ fil-produzzjoni iżda l-prospetti ta’ produzzjoni akbar mill-Istati Uniti llimtaw iż-żieda.

Il-prezz tad-deheb irkupra hekk kif l-investituri antiċipaw sinjali dwar id-direzzjoni tal-politika monetarja fl-Istati Uniti mill-minuti tal-laqgħa ta’ Novembru tal-Federal Reserve.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Muniti L-isterlina baqgħet qrib l-inqas rata fi 13-il xahar, hekk kif l-investituri saħħew il-fehma li d-dollaru ser ikompli jissaħħaħ u minħabba l-inċertezza dwar jekk ir-Renju Unit hux ser jikseb ftehim…

Barranin

Muniti L-Ewro tbaxxa għall-inqas rata fi 13-il xahar, il-muniti tas-swieq emerġenti komplew jitilfu u l-Yen tela’ għall-ogħla rata f’sitt ġimgħat għax il-waqgħa fil-valur tal-lira Torka wasslet biex l-investituri jfittxu muniti…

Lokali

Id-dollaru żdied għall-ogħla livell fi 13-il xahar kontra grupp ta’ muniti u kien hemm ukoll żieda tajba fir-rata tal-yen, bis-sentiment tal-investituri għar-riskju jonqos fost tensjonijiet globali kummerċjali li qed jiżdiedu…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żdied kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin hekk kif l-investituri huma tal-fehma li d-diskors dwar il-gwerra kummerċjali u l-ekonomija soda tal-Istati Uniti ser ikomplu jgħinu lill-munita. It-tensjonijiet kummerċjali qed…

Aktar