L-inċertezza ta’ Brexit tħalli impatt fuq ir-rati tal-interessi

It-tweġiba tas-swieq finanzjarji fil-qasam tal-ishma għar-raba’ żieda fir-rati tal-interessi fl-Istati Uniti ma kenitx pożittiva. Iċ-ċaqliq fil-muniti kien jinħass ftit, hekk kif iż-żieda inizjali tad-Dollaru taret mal-ftuħ tan-negozju fl-Asja.

Il-Bank of England qal li l-inċertezza dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea kienet qed tikber hekk kif ma ħabbar ebda bidla fir-rati tal-interessi. Il-Kumitat dwar il-Politika Monetarja mmexxi mill-Gvernatur Mark Carney ivvota 9 kontra xejn biex iżomm ir-rata ewlenija f’0.75%.

L-ewro qed ikun negozjat fl-ogħla rata f’sitt ġimgħat kontra d-Dollaru wara dgħufija tal-munita Amerikana. L-ewro żdied b’0.80% kontra d-dollaru għal $1.1458. Barra dan, il-munita unika żdiedet b’0.16% kontrta l-Isterlina; 0.25% kontra d-Dollaru Awstraljan; 0.63% kontra d-Dollaru Kanadiż u 0.14% kontra l-Frank Żvizzeru. Iżda l-ewro tilef 0.05% kontra l-Yen.

L-indiċijiet fl-Ewropa kienu kollha f’territorju negattiv. Il-FTSE 100 tilef 0.23%; l-iSTOXX 50, 1.11%; id-DAX, 1.11% u l-CAC 40 b’1.36%.

Id-Dow Jones tbaxxa 0.60% mal-ftuħ waqt l-indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’0.336%.

Fil-Borża ta’ Malta l-ishma tal-Malta Properties Company, il-MIDI, tal-HSBC Bank Malta, tal-Bank of Valletta tal-RS2 Software żdiedu b’aktar minn 0.70%, bil-Malta Properties Company juru l-akbar żieda ta’ 6.80% u għalqu €0.55. Il-GO u l-Medserv tilfu 2.53% u 3.36% rispettivament.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-bonds lokali, kien hemm żieda ta’ 0.99% fis-6PM Holdings 2025, 0.49% fl-International Hotel Investments 2026 (It-tieni serje), 0.34% fil-Grand Harbour Marina 2027 u 0.10% fin- 1923 Investments 2024. Sadattant il-Phoenicia Finance Company 2023/28 u l-Hudson Malta 2026 għalqu €104.19 u €102.50 rispettivament.

Il-prezz taż-żejt tilef madwar 3% bil-Brent jitlef 3.13% għal $55.65 u l-U.S. Light crude tbaxxa bi 3.11% għal $46.67.

Fil-metall prezzjużi, id-deheb żdied b’1.10% għal $1,256.75 u l-fidda żdiedet b’1.15% għal $14.77.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru kompla jissaħħaħ kontra r-rivali ewlenin tiegħu u kompla miż-żidiet riċenti tiegħu waqt li l-Isterlina tbaxxiet fost sentiment dgħajjef ta’ riskju. Is-sentiment tas-suq baqa’ kajman fost tħassib li l-għeluq tad-dipartimenti…

Barranin

Il-bilanċ kummerċjali taż-żona tal-Ewro żdied għal €15.1 Biljun, l-ogħla fi tliet xhur. Dan kien aħjar mit-tbassir tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ €13.2 Biljun. Il-President tal-Bank, Mario Draghi aktar tard tkellem dwar…

Barranin

Muniti Id-domanda għall-munita Ewropea baqa’ batut illum u issa huwa mistenni li r-rata kontra d-Dollaru titbaxxa lejn id-$1.1400. Il-par iffaċċja aktar pressjonijiet ta’ bejgħ wara li l-produzzjoni industrijali fiż-żona tal-ewro…

Barranin

Muniti Il-munita unika llum ma kellha ebda żidiet, bir-rata qrib id-$1.1540 wara li kienet żdiedet sa $1.1570 matul in-negozju bil-lejl, l-ogħla minn nofs Ottubru qabel waqfet f’$1.1535. Barra dan, l-ewro…

Aktar