L-Indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’0.271%

Muniti Kontra l-Ewro

 Minuti mil-laqgħa ta’ Jannar tal-Bank Ċentrali Ewropew juru li l-parti l-kbira tal-membri tal-Kunsill Governattiv qiesu li l-introduzzjoni ta’ programm ta’ llaxkar monetarju kwantitattiv biex ż-żona tal-ewro teħles mid-deflazzjoni u tixpruna l-attività ekonomika kienet l-uniku għażla disponibbli. Skond il-minuti, numru kbir ta’ membri tal-Kunsill kienu favur li jinxtara d-dejn tal-gvernijiet. L-ewro kompliet bit-telf waqt li l-istokks Ewropej tilfu ż-żieda fost rapporti li l-Ġermanja ma laqgħetx proposta Griega biex ikun imtawwal iż-żmien tal-bailout. L-ewro niżel għall-inqas livell tal-jum b’telf ta’ 0.3% kontra d-Dollaru Amerikana.

L-Indiċi tal-Isterlina kien qrib l-ogħla livell f’sitt snin, imsaħħaħ minn żidiet kontra d-Dollaru Amerikan hekk kif naqset id-differenza fl-interessi bejn il-bonds Amerikani u dawk Ingliżi.

Id-Dollaru Awstraljan żamm sod wara minuti tal-laqgħa dwar il-politika monetarja tal-Federal Bank Awstraljan wrew kalmezza u laqtu ħażin lid-Dollaru Amerikan u saħħew il-prezzijiet tal-bonds. Ir-rata tad-Dollaru Awstraljan  ssaħħett mad-Dollaru Amerikan iżda matul il-ġurnata tilfet xi ftit mir-ritmu.

Indici

L-istokks Ewropej tilfu iż-żidiet ma’ nofsinhar wara li l-Ġermanja ma laqgħetx proposta ġdida mill-Greċja dwar estensjoni għall-programm tal-bailout.

Fis-swieq finanzjarji fl-Istati Uniti, id-Dow Jones tilef 0.22% waqt li bn-Nasdaq tilef 0.11%. In-Nikkei 225 għalaq b’żieda ta’ 0.36%.  Tnejn mis-swieq Ewropej kienu mħallta għax id-DAX tilef 0.01% waqt li l-CAC 40 żdied b’0.46%. Il-FTSE 100 kellu tnaqqis ta’ 0.27%. L-Indiċi tal-Borża ta’ Malta żdied b’0.271%.

Ishma Lokali

Fil-Borża ta Malta kien hemm żieda fil-prezz ta’ bosta ishma. Dawn kienu l-Plaza Centres, il-Malta International Airport, l-HSBC Bank Malta, il-Malita investments u l-Bank of Valletta.

Munita Prezz Bidla % Direzzjoni
USD 1.1378 -0.15
GBP 0.7377 -0.03
AUD 1.4615 0.21
CAD 1.4265 0.54
JPY 135.47 0.08
Indici Prezz Bidla % Direzzjoni
Dow Jones Ind Average 17990.390 -0.22
Nasdaq 4900.839 -0.11
Nikkei 225 18264.790 0.36
DAX 10959.560 -0.01
CAC 40 4821.280 0.46
FTSE 100 6879.460 -0.27
MSE SHARE INDEX 3441.223 0.27
Sehem Prezz Bidla % Direzzjoni
Plaza Centres p.l.c. 0.792 5.32%
Malta International Airport p.l.c. 2.600 1.52%
HSBC Bank Malta p.l.c. 2.000 0.50%
Malita Investments p.l.c. 0.745 0.27%
Bank of Valletta p.l.c. 2.100 0.05%

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Il-parti l-kbira tal-muniti ewlenin ma tawx każ l-iffirmar illum tal-ewwel fażi tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, sempliċiment għax il-parti l-kbira tal-kwistjonijiet miftehma kienu mistennija mill-investituri sa mis-Sajf….

Barranin

Muniti L-ewro illum tela’ għall-ogħla livell f’ġimgħa kontra d-dollaru hekk kif l-investituri wrew kawtela fl-ottimiżmu tagħhom dwar il-prospetti għall-munita unika qabel l-iffirmar tal-ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.  Waqt…

Barranin

Muniti L-ewro waqa għal $1.1112, mill-ogħla livell f’ħames xhur ta’ $1.1239 fil-31 ta Diċembru u wara li kien jiġi nnegozjat għal $1.1122. Statistika maħruġa llum turi li l-prezzijiet tal-konsumatur fl-Istati Uniti…

Barranin

Muniti Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru baqgħet qrib id-$1.1123 bla ebda bidla fil-jum. It-tnaqqis fil-biża’ ta’ kunflitt fil-Lvant Nofsani minkejja t-tensjonijiet li huma ċċentrati fuq l-Iran tejjeb is-sentiment tal-investituri iżda dan…

Aktar