Barranin
L-indiċi tal-ishma ewlenin fl-Istati Uniti fetħu ogħla – kompla jitjieb is-sentiment tas-suq

Muniti

L-ewro qed ikun negozjat qrib id-$1.22, hekk kif id-dollaru qed jipprova jiżdied fost sentiment tas-suq kawt. It-tħassib dwar l-inflazzjoni qed jibbilanċja l-biża’ li l-Federal Reserve ser inaqqas ix-xiri ta’ bonds. L-ewro kien aktar b’saħħtu b’mod ġenerali, b’żieda medja ta’ 0.2%.

L-isterlina estendiet it-telf tas-sessjoni ta’ qabel kontra d-dollaru għal $1.4235, jew l-ogħla rata fi tliet snin, u rat xi bejgħ għat-tieni sessjoni konsekuttiva llum. Fl-assenza ta’ żviluppi fundamentali, il-biżgħat dwar l-impatt fit-tul tal-Brexit u l-ħsara ekonomika mill-pandemija aġixxew bħala ostakli għall-munita Ingliża. Madankollu, taħlita ta’ fatturi għenu sabiex jillimitaw telf akbar għall-isterlina.

Indiċi

L-indiċi tal-ishma ewlenin fl-Istati Uniti fetħu deċiżament ogħla llum hekk kif kompla jitjieb is-sentiment tas-suq. Id-Dow Jones fetaħ b’żieda ta’ 0.3%. L-indiċi tal-aħjar prestazzjoni llum kien bejn żewġ indiċijiet minn kontinenti differenti, li t-tnejn żdiedu b’0.44%. Dawn kienu mill-Ġermanja u mill-Ġappun. Il-FTSE 100 ma kellu ebda moviment u l-indiċi lokali kellu żieda minima.

Ishma

Fis-sessjoni tal-ishma lokali, it-Trident Estates kellhom żieda ta’ 3%. Flimkien kien hemm ishma oħra biż-żewġ banek qrib xulxin ħafna. Dawn kienu segwiti mill-Malta International Airport u lp-GO. Simonds Farsons Cisk tilfu kważi 5% mill-valur.

Bonds

Fil-qasam tal-bonds lokali, il-Mediterranean Investment Holdings illum tilfu 5%. Huma kienu l-uniċi bonds li tilfu llum. L-International Hotel Investments 2026 u 2025 kellhom żidiet ta’ 3%. Il-Merkanti Holdings segwew b’żieda ta’ 2.89%. L-Eden żdiedu 2.46%, l-AX Group 1.93% u Stivala 2027 avvanzaw 1.85%.

Prodotti Essenzjali

Il-prodotti essenzjali llum kienu minn pożittivi għall-ebda moviment, bil-West Texas Intermediate u l-Brent ikollhom jum pożittiv. Id-deheb kellu l-istess prezz ta’ nhar il-Ġimgħa u l-fidda kellha żieda modesta.