Barranin
L-industrija tal-karozzi qed titħabat bl-inċertezzi dwar Brexit u t-tensjonijiet kummerċjali

Il-prezzijiet taż-żejt tbaxxew mill-ogħla livelli tal-aħħar xahrejn fost dubbji dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina hux ser ikunu kapaċi jilħqu ftehim parzjali li jneħħi xi ftit tal-pressjoni mill-ekonomija globali.

L-ishma Ewropej stabilizzaw il-prezz wara mewġa oħra ta’ bejgħ qawwi minħabba tħassib dwar ftehim preliminari bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, waqt li investituri qed iħejju ruħhom għall-istatistika dwar is-settur tal-manifattura minn ekonomija maġġuri Ewropej.

Id-dħul mill-ishma mill-parti l-kbira tal-gvernijiet taż-żona tal-ewro ftit inbidel hekk kif is-swieq qed jistennew il-ħruġ ta’ statistika ewlenija dwar l-ekonomija tan-negozju, kif ukoll id-diskors mill-President il-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde.

Lagarde qalet li ż–żona tal-ewro teħtieġ li toħloq aktar mit-tkabbir ekonomiku domestikament, inkluż permezz ta’ aktar investiment pubbliku, jekk trid tiġġieled id-dgħufija barra ż-żona u ssir aktar bilanċjata internament.

Lagarde ma ddiskutietx il-politika monetarja fl-ewwel diskors ewlieni tagħha minn meta ħadet il-ħatra fil-bidu ta’ dan ix-xahar, iżda qalet biss li l-bank ċentrali ser jagħmel li jista’ biex isostni l-ekonomija.

Minflok, hija għażlet li tibgħat messaġġ lill-gvernijiiet taż-żona, biex isaħħu d-dokmanda domestika wara li l-gwerra kummerċjali globali wasslet għal tmiem bla mistenni ta’ 10 snin ta’ tkabbir permezz tal-esportazzjoni, l-aktar mill-Ġermanja.

Esportazzjoni qawwija, infieq mill-istat u l-konsumaturi għenu lill-ekonomija Ġermaniża tevita riċessjoni fit-tielet kwart tas-sena, skont statistika dettaljata maħruġa llum. Dan ikkonferma tkabbir ta’ 0.1%. L-Uffiċċju Federali tal-Istatistika qal lill-esportazzjoni kibret 1% fit-tielet kwart u l-kummerċ nett ikkontribwixxa 0.5 punti perċentwali lill-espansjoni ekonomika in ġenerali.

L-akbar ekonomija tal-Ewropa għaddejja minn perjodu dgħajjef hekk kif l-industriji orjentati lejn l-esportazzjoni riedu jieħdu ħsieb it-tensjoni kummerċjali, industrija tal-karozzi li qed titħabat u inċertezzi dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

L-ishma Ġappuniżi żdiedu hekk kif ottimimu kawt dwar il-prospetti ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żied is-sentiment ta’ riskju tal-investituri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Barranin

Muniti L-isterlina llum qabżet ‘il fuq minn $1.31 għall-ewwel darba minn kmieni f’Mejju, mgħejuna minn aspettattiva li qed tikber li r-Renju Unit ser jiskansa elezzjoni bla riżultat. Il-munita bbenefikat ukoll…

Barranin

Muniti Il-President Amerikan Donald Trump qal li ftehim kummerċjali ġdid maċ-Ċina aktarx ikollu jistenna għal wara l-elezzjoni presidenzjali Amerikana tas-sena d-dieħla. Din l-aħbar sorprendenti laqtet sewwa lid-dollaru Amerikan hekk kif…

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel fin-negozju f’Londra llum hekk kif naqas sentiment ta’ riskju ta’ matul il-lejl imqajjem mill-inkwiet dwar Hong Kong bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. Iċ-Ċina wissiet…

Aktar