Barranin
L-inflazzjoni fil-Ġermanja laħqet l-ogħla livell f’aktar minn 6 snin u nofs

Muniti

L-inflazzjoni annwali fil-Ġermanja żdiedet matul Ottubru biex laħqet l-ogħla livell f’aktar minn sitt snin u nofs. Dan isostni l-fehma tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi li jnaqqas gradwalment il-programm bla preċedenza ta’ stimulu monetarju.

L-Uffiċċju Federali tal-Istatistika qal li l-prezzijiet għall-konsumatur fil-Ġermanja, armonizzati biex jikkumparaw ma’ statistika dwar l-inflazzjoni f’pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea, żdiedu bi 2.4% minn sena għal sena wara żieda ta’ 2.2% fix-xahar ta’ qabel.

Dan kien l-ogħla qari minn Frar 2012 u skont dak li bassru s-swieq. Il-Bank Ċentrali Ewropew qed jimmira għal inflazzjoni qrib, iżda inqas, minn 2% għaż-żona tal-ewro kollha kemm hija.

Fuq bażi mhux armonizzata, l-inflazzjoni kienet l-ogħla f’10 snin bi 2.5%.

Il-pressjonijiet tal-prezz kienet fuq bażi wiesa’, ħaġa li tissuġġerixxi li ż-żieda kienet xprunata mill-inflazzjoni bażi u mhux biss mill-komponenti tal-enerġija u ikel li huma volatili ħafna. L-istatistika preliminari dwar l-inflazzjoni fil-Ġermanja ma tinkludix iċ-ċifra għall-inflazzjoni bażi.

Bil-pressjonijiet fuq il-prezzijiet jikbru fiż-żona tal-ewro, il-Bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa li għaddiet ikkonferma l-pjan tiegħu li jtemm il-programm ta’ 2.6 Triljun ewro ta’ xiri ta’ bonds fi tmiem din is-sena u jżid ir-rati tal-interessi għall-ewwel darba mill-2011 xi ftit żmien wara is-sajf li ġej.

Iż-żona tal-ewro ser tippubblika l-istatistika preliminarja dwar l-inflazzjoni f’Ottubru għada, biċ-ċifra mistennija li tkun ta’ żieda ta’ 2.2% wara żieda ta’ 2.1% matul Settembru.

Iċ-ċifri tal-inflazzjoni jaqblu mal-istatistika li wriet li n-nies qegħda fil-Ġermanja f’Ottubru tbaxxa u l-impjiegi laħqu livell rekord f’Settembru. Dan juri s-saħħa tas-suq tax-xogħol li qed issostni tkabbir mmexxi mill-konsum fl-akbar ekonomija fl-Ewropa.

L-ewro tilef 0.01% kontra d-dollaru għal $1.1372; b’0.67% kontra dak Awstraljan u 0.07 kontra dak Kanadiż u l-Frank Żvizzeru. Sadattant l-ewro żdied 0.26% kontra l-Isterlina u 0.43% kontra l-Yen.

Indiċi

Il-FTSE 100 tilef 0.42%; l-iSTOXX 50 0.84%; id-DAX 0.92% u l-CAC 40 1.06%.
Id-Dow Jones min-naħa l-oħra fetaħ 0.59% ogħla. L-indiċi tal-Borża ta’ Malta tilef 0.040%.

Ishma

Fil-Borża ta’ Malta, l-ishma tal-RS2 Software, tal-GO u tal-Bank of Valletta żdiedu b’aktar minn 0.70% bl-RS2 Sofwtare juru żieda ta’ 1.79% għal €1.14.

Sadattant, l-ishma tal-HSBC Bank Malta, tal-FIMBank, tal-MaltaPost u tal-Mapfre Middlesea naqqsu b’aktar minn 0.50%.

Bonds

Fis-suq tal-bonds lokali, kien hemm żieda ta’ 1.98% fil-Premier Capital 2026; 0.48% fil-MIDI 2026 u 0.10% fid-Dizz Finance 2026.

Sadattant il-Hudson Malta 2026, l-International Hotel Investments 2026 (It-tieni ħruġ), is-6PM Holdings 2025 u l-Mediterranean Investments Holdings 2022 tbaxxew b’aktar minn 0.10% bil-Mediterranean Investments Holdings 2022 jitilfu kwai 1.83% biex għalqu €102.

Iż-żejt Brent tbaxxa bi 2.44% għal $75.43 u l-U.S.Light crude bi 2.01% għal $65.67.
Kien hemm tnaqqis ta’ 0.40% fil-prezz tad-deheb għal $1,224.49 waqt li kien hemm żieda ta’ 0.02% fil-fidda għal $14.4585.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Barranin

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata tagħha fi kważi 18-il xahar waqt li kien hemm irkupru fil-bonds tal-Gvern Ingliż hekk kif kien irrapportat li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħassret vot kruċjali…

Barranin

Il-ġimgħa li għaddiet l-ewro għadda minn fażi ta’ konsolidament kontra l-Isterlina wara dak li deher li kien laħaq qabeż l-inqas livell minn Awwissu. Dan iżda kien falz. Minn dak iż-żmien,…

Barranin

Muniti Iż-żona ewro mhux qed turi ebda sinjali ta’ tisħiħ ekonomiku bl-Italja f’xifer ta’ riċessjoni wara li l-gvern populista daħal f’battibekk mal-awtoritajiet Ewropej dwar il-pjanijiet tal-infiq. Bħalissa s-sitwazzjoni fir-reġjun magħmul…

Aktar