Barranin
L-inflazzjoni fiż-żona ewro tiżdied iżda tibqa’ taħt il-mira

Muniti Kontra l-Ewro

Id-dollaru llum tbaxxa kontra basket ta’ muniti fost tħassib dwar jekk il-programm propost ta’ riforma fiskali fl-Istati Uniti hux ser ikollu effett kbir fuq it-tkabbir ekonomiku, wara li l-abbozz għamel pass ieħor lejn ir-ratifika fi tmiem il-ġimgħa. L-isterlina llum issaħħet wara ġimagħtejn ta’ tnaqqis hekk kif l-investituri ikkapitalizzaw fuq id-dgħjufija wiesgħa tad-dollaru biex jinvestu aktar wara li l-Unjoni Ewropea tat l-approvazzjoni biex it-taħditiet dwar il-Brexit jimxu lejn stadju ieħor.

Indiċi

Id-Dow Jones illum fetaħ f’livell għoli rekord hekk kif tidher li riesqa lejn l-approvazzjoni r-riforma fiskali u għadd ta’ negozji bejn il-kumpaniji li laħqu il-$11-il biljun sa issa sabiex kiber l-ottimiżmu. Il-FTSE 100, l-iSTOXX 50 u d-DAX ukoll kienu f’territorju pożittiv b’żidiet ta’ 0.44%, 1.35% u 1.63% rispettivament.

Ishma Lokali

Is-suq lokali tal-ishma llum kien attiv ħafna. Il-FIMBank kien fuq quddiem b’żieda qawwija ta’ 14.75%. Segwew il-PG bi 3.86%. Min-naħa l-oħra, l-HSBC Bank Malta u l-Bank of Valletta tilfu 0.51% u 1.60% rispettivament.

Bonds lokali

Kien hemm bosta volatilità fis-suq tal-bonds lokali. Il-Mediterranean Maritime Hub Finance 2026 u l-Bortex Group Finance 2027 żdiedu b’1.93% u 0.52%. L-SD Finance 2027 tilfu 0.10% u l-Eden Finance 2027 tilfu 0.47%.

Indikaturi Ekonomiċi

L-inflazzjoni fiż-żona tal-ewro żdiedet matul Novembru iżda xorta kienet taħt il-mira tal-Bank Ċentrali Ewropew, skont reviżjoni llum mill-Eurostat. L-uffiċċju qal li din iċ-ċifra turi li l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur żdiedu bir-rata annwali ta’ 1.5% f’Novembru, minn 1.4% f’Ottubru. Sadanittant l-indiċi żdied b’0.1% minn xahar għal xahar bla ebda bidla mill-qari preliminari.

Prodotti Essenzjali

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu llum sostnuti mill-waqfien f’pipeline fil-Baħar tat-Tramuntana u strajk mill-ħaddiema fl-industrija tal-enerġija fin-Niġerja. Il-prezz tad-deheb kien ogħla llum hekk kif l-inċertezza dwar ir-riforma fiskali kellha effett fuq id-dollaru, waqt li analista qal li d-deheb jista’ jiltaqa’ ma’ diffikultajiet kmieni s-sena d-dieħla.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru tela’ għall-ogħla livell f’din l-aħħar sena hekk kif l-investituri saħħew it-tbassir tagħhom fuq is-saħħa fit-tul tal-munita wara kummenti pożittivi dwar l-ekonomija tal-Istati Uniti miċ-ċermen tal-Federal Reserve. Jerome Powell…

Barranin

Muniti Id-Dollaru tela’ lejn l-ogħla livell f’din l-aħħar sena fid-dawl ta’ kummenti pożittivi miċ-Chairman tal-Federal Reserve tal-Istati Uniti Jerome Powell dwar is-saħħa tal-ekonomija Amerikana. Minkejja li Powell ma bidilx l-aspettattivi…

Barranin

Iż-żidiet fid-Dollaru din is-sena kienu limitati minħabba tħassib dwar it-tilwima kummerċjali li qed tikber bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm it-tħassib ma fixkilx ir-rendiment solidu tad-dollaru sa issa. Il-Fond Monetarju…

Barranin

Muniti Id-dollaru tbaxxa wara li l-ġimgħa li għaddiet laħaq l-ogħla rata f’ġimgħa f’xahar hekk kif l-investituri kabbru s-sentiment għall-ogħla livell mill-2017, għalkemm it-tħassib li l-irkupru ekonomiku jista’ qed imajna wassal…

Aktar