L-inventarji taż-żejt mistennija jkomplu jonqsu fl-2021

L-ewro żdied kontra d-dollaru, mgħejun minn ottimiżmu dwar vaċċin ieħor kontra l-koronavirus, waqt li l-yuan Ċiniż laħaq l-ogħla rata kontra d-dollaru minn Ġunju 2018. Il-munita unika Ewropea, madankollu, tbaxxiet kontra l-Isterlina aktar b’saħħitha, li żdiedet wara rapporti fil-midja li r-Renju Unit jista’ jilħaq ftehim mal-Unjoni Ewropea sa kmieni l-ġimgħa fd-dieħla.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street fetħu aktar baxxi, bl-S & P 500 u d-Dow Jones jirtiraw mil-livelli għolja rekord tal-ġurnata ta’ qabel, hekk kif aktar stati Amerikan ħadu miżuri biex jillimitaw l-imxija tal-koronavirus.

Il-bejgħ bl-imnut fl-Istati Uniti żdied inqas milli kien mistenni matul Ottubru u jista’ jitbaxxa aktar, miżmum mill-infezzjonijiet dejjem jiżdiedu tal-COVID-19 u tnaqqis fid-dħul tal-familji hekk kif miljuni ta’ persuni Amerikani qegħda qed jitilfu l-appoġġ finanzjarju tal-Gvern .

L-ishma Ewropej tbaxxew mil-ogħla prezzijiet fi tmien xhur minħabba li aktar restrizzjonijiet dwar il-koronavirus laqtu ħażin lill-ishma tal-ivvjaġġar, u waqqfu irkupru usa mmexxi mill-aħbarijiet pożittivi dwar il-vaċċin. L-indiċi lokali ma kellu ebda moviment mill-bieraħ.

Ishma

In-negozju fl-ishma lokali llum kien mingħajr bidla fil-prezz bin-negozju jsir fil-Bank of Valletta u l-HSBC, il-GO, il-Malta Intetational Airport, il-PG u l-Plaza Centres.

Bonds

Il-bonds lokali kienu b’mod ġenerali aktar pożittivi b’bonds wieħed biss, l-SHM plc kien negattiv. Il-Mercury Projects, l-SP Finance u l-Mediterranean Maritime Hub kellhom żieda ta’ aktar minn 1%. Żidiet iżgħar kienu fil-Mediterranean Investments Holdings, u żewġ bonds tal-International Hotel Investments.

Skont dokument kunfidenzjali miksub minn Reuters, l-OPEC u l-alleati tagħha qed jistennew li l-inventarji taż-żejt ser ikomplu jonqsu fl-2021 jekk il-produtturi jestendu t-tnaqqis fil-provvista għal tliet xhur jew aktar. Dan isostni l-każ għal politika aktar stretta dwar il-produzzjoni matul is-sena d-dieħla. Il-fidda tilfet 0.80% waqt li d-deheb żdied bi ftit.