Barranin
L-investituri b’seba’ għajnejn bir-riskju li r-Renju Unit jaf joħroġ mill-UE bla ftehim ta’ tranżizzjoni

Muniti

L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim ta’ tranżizzjoni.

Bl-istatistika ekonomika turi wkoll li l-ekonomija tar-Renju Unit qed titħabat u dan poġġa aktar pressjoni fuq il-Bank of England biex jillaxka l-politika monetarja, l-investituri qed imorru għad-derivattivi tal-kambju u s-swieq tax-xiri bil-quddiem għax qed jibżgħu minn aktar dgħufija.

L-ewro tbaxxa għall-inqas rata f’ġimgħa kontra d-dollaru u lejn in-naħa t’isfel tal-firxa ta’ negozju din is-sena, minħabba l-aspettattiva ta’ illaxkar fil-politika monetarja u l-preferenza tal-investituri għad-dollaru li qed jirrendi aktar.

Indiċi

L-ishma Ewropej ma għamlu ebda movement fin-negozju bikri tal-lum hekk kif l-investituri studjaw għadd ta’ riżultati mill-kumpaniji, bl-inċertezza u t-tensjonijiet kummerċjali jillimitaw iż-żidiet.

L-ishma fl-Istati Uniti wkoll fetħu bla ċaqliq minħabba beżgħat dwar il-kummerċ u tħassib dwar il-bilanċ tal-politika monetarja u t-tkabbir ekonomiku għelbu r-riżultati solidi mill-Bank of America u spinta lill-manifatturi taċ-ċips elettroniċi mill-kumpanija Olandiża ASML. Id-Dow Jones tilef 0.05% mal-ftuħ tan-negozju.

Ishma

L-ishma lokali llum kienu b’mod ġenerali negattivi bil-Malta Properties Company tirreġistra l-akbar tnaqqis ta’ 3.03%. Tigne Mall ukoll tilfu 2.22% għal €0.88. Il-GO tilfu 0.87%, l-HSBC Bank Malta 0.65% u l-RS2 Software 0.55%.

Bonds

Fis-sessjoni tal-bonds lokali l-International Hotel Investments 2026 (it-tieni serje) kellhom l-akbar żieda ta’ 1.66%. Il-Bortex Group Finance 2027 żdiedu b’0.48% u l-International Hotel Investments 2024 żdiedu b’0.47%.

Il-Hall Mann Vella Group 2024 tilfu 0.95% u l-Mediterranean Investments Holdings 2022 b’0.01%. Id-Dizz Finance 2026 u l-Mercury Projects Finance 2027 baqgħu bla bidla.

Il-prezzijiet taż-żejt illum irkupraw xi ftit mit-telf fis-sessjoni ta’ qabel, minħabba statistika tal-industrija li tindika li l-inventarji taż-żejt tal-Istati Uniti tbaxxew inqas milli kien mistenni. Il-Brent żdied 79 cents għal $65.22. Il-West Texas Intermediate crude żdiedu 62 cents għal $58.24.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru llum issoda kontra muniti sensittivi għall-kummerċ għax reġa’ qam it-tħassib dwar it-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina hekk kif riesqa skadenza importanti, waqt li l-Isterlina issaħħet wara l-aħħar…

Barranin

Id-dollaru dieħla lejn l-agħar ġimgħa minn Ottubru minħabba nervożismu fin-negozju u ħjiel ta’ dgħufija fl-ekonomija Amerikana, bil-fatturi domestiċi li minnhom gawdew id-dollaru ta’ New Zealand u l-isterlina. Il-movimenti kienu baxxi…

Barranin

Muniti L-Isterlina żdiedet għall-ogħla rata f’sentejn u nofs kontra l-ewro, minħabba fiduċja li qed tikber li l-elezzjoni ser tagħti lill-Konservattivi l-maġġoranza li għandhom bżonn sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea…

Barranin

Muniti L-isterlina llum qabżet ‘il fuq minn $1.31 għall-ewwel darba minn kmieni f’Mejju, mgħejuna minn aspettattiva li qed tikber li r-Renju Unit ser jiskansa elezzjoni bla riżultat. Il-munita bbenefikat ukoll…

Aktar