L-investituri fl-Amerka jemmnu li Biden se jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali

Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa u riesaq lejn it-tieni ġimgħa ta’ telf infila għax l-investituri qed isiru aktar konvinti li Joe Biden ser jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali u joffri stimulu fiskali wara l-elezzjonijiet.

Id-dħul mill-ishma fiż-żona ewro tbaxxa fin-negozju bikri tal-lum, bl-investituri bi dħul fiss jibqgħu kawti minkejja li tamiet imġedda għal stimulu fiskali Amerikani tajjeb is-sentiment fi swieq oħra.

L-ishma irkupraw wara li l-President Trump qal ilbieraħ li t-taħditiet mal-Kungress reġgħu bdew dwar stimulu fiskali, wara li kmieni din il-ġimgħa kien waqqaf it-taħditiet.

Imkejjen fl-industrija qalu li l-banek f’Wall Street jinsabu resqin lejn sena rekord ta’ dħul min-negozju ta’ self għad-djar li kien sostnut mill-Gvern fost żieda fid-domanda mill-Federal Reserve fil-battlja tiegħu kontra l-pandemija u mill-investituri jippruvaw jiksbu dħul tajjeb.

Grupp ta’ seba’ banek ċentrali maġġuri inkluż il-Federal Reserve Amerikan stabilixxew kif tista’ tkun munita diġitali biex tgħinhom jilħqu l-“avvanz kbir” miċ-Ċina u jaqbżu wkoll proġetti privati bħala Libra tal-Facebook Inc.

L-ekonomija Brittanika tħabtet biex tespandi matul Awwissu, u tefgħet lura l-irkupru mir-restrizzjonijiet tal-koronavirus, u l-Ministru tal-Finanzi Rish Sunak kien mistenni li jħabbar aktar għajnuna biex inaqqas iż-żieda fil-qgħad hekk kif it-tieni merwġa tal-koronavirus qed tolqot lill-pajjiż.

Is-swieq finanzjarji fl-Ewropa avvanzaw llum minħabba tbassir tajjeb mill-kumpaniji tal-bejgħ bl-imnut, Pandora u Zalando kif ukoll mill-manifattur tal-mediċina Novo Nordisk, bl-investituri jżommu għajnejhom miftuħa għal sinjali dwar stimulu ġdid Amerikan.

Il-prezzijiet taż-żejt illum tbaxxew, u tilfu fi tmiem ġimgħa ta’ żidiet kbar li saru minħabba r-riskji li l-provvisti min-Norveġja jistgħu jonqsdu sa 25% minħabba l-istrajk tal-ħaddiema taż-żejt.

Il-Brent tbaxxa b’14-il cent għal $43.20 sa dalgħodu wara li l-bieraħ żdied aktar minn 3%. Il-United States West Texas Intermediate tilef 13-il cent għal $41.06 ukoll wara li lbieraħ żdied aktar minn 3%.