Barranin
L-investituri fl-isterlina żammewha fil-wiċċ bit-tama li r-Renju Unit jilħaq ftehim kummerċjali mal-UE

Muniti

L-ewro tela’ lejn l-ogħla rata f’ġimgħa hekk kif l-ishma globali rkupraw minn telf bikri bl-investituri ġeneralment f’sentiment ta’ konsolidazzjoni qabel l-elezzjoni Presidenzjali Amerikana fit-3 ta’ Novembru.

Is-swieq baqgħu fil-livell riċenti hekk kif it-tamiet dejjem jonqsu dwar pakkett ta’ stimulu fl-Istati Uniti magħquda mal-infezzjonijiet li qed jiżdiedu fl-Ewropa żamm is-sentiment ġenerali kawt.

L-investituri fl-Isterlina żammewha fil-wiċċ hekk kif qed ifittxu xi ħjiel dwar kemm huwa possibbli li r-Renju Unit jilħaq ftehim kummerċjali mal-Unjoni Ewropea sa tmiem is-sena. Azzjonijiet dwar il-prezzijiet jissuġġerixxu li l-investituri qed ixaqilbu lejn sitwazzjoni bejn iż-żewġ naħat fl-aħħar mill-aħħar jiftehmu dwar xi forma ta’ ftehim, hekk kif kienu għamlu dwar il-ftehim dwar il-ħruġ.

Id-dollaru Awstraljan ra bejgħ qawwi għar-raba’ jum konsekuttiv. Aspettattivi moderati mir-Reserve Bank of Australian dehru li kienu fattur ewlieni li tefa’ pressjoni fuq il-munita.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin ta’ Wall Street fetħu ogħla għax l-investituri kienu qed jittamaw f’aktar stimulu mill-Gvern, bir-Repubbikani fis-Senat lesti li jivvutaw fuq liġi biex tgħin lin-negozji ż-żgħar imkissra mill-coronavirus.

Fl-Ewropa, l-ishma żdied bi ftit hekk kif rapporti finanzjarji tajbin mill-bank Żvizzeru, UBS, mill-kumpanija ġganta ta’ oġġetti għall-konsumatur, Rechitt Benckiser u minn oħrajn taffew it-tħassib dwar restrizzjonijiet akbar minħabba l-coronavirus madwar il-kontinent u minħabba dubji dwar stimulu ġdid Amerikan. Tard waranofsinhar, l-indiċijiet ewlenin fl-Ewropa kienu mħallta b’dak Ġermaniż, id-DAX, negattiv u l-Franċiż CAC 40, pożittiv.L-indiċi lokali kien pożittiv.

Ishma

Is-sessjoni tal-ishma lokali llum kienet aktarx pożittiva biż-żewġ banek ewlenin jiżdiedu bl-istess ammont ta’ 0.71%. Il-BMIT żdied inqas min-nofs punt perċentwali. Negozju ieħor sar fil-Fimbank, il-Malta International Airport u l-Malta Properties, iżda ma kellhom ebda bidla fil-prezz. Il-PG tilfu ftit aktar minn 1%.

Fil-bonds lokali, il-Global Capital kien fuq quddiem ta’ dawk pożittivi b’żieda ta’ aktar minn 1%. Huma kienu segwiti mill-GAP 2023 li avvanzaw b’0.5%. F’territorju negattiv kien hemm telf baxx fl-SD Finance, waqt li l-Premier Capital, il-Hili Properties, l-SP Finance, akollha tilfu qrib iżda taħt il-1%.

Il-prezzijiet taż-żejt ma stabilixxewx rwieħhom iżda baqgħu taħt pressjoni mit-theddida għad-domanda minħabba żieda globali fil-każi tal-coronavirus u żieda fil-produzzjoni Libjana. Id-deheb u l-fidda kineu negozjati f’direzzjoni opposta, bid-deheb jitlef bi xftit u l-fidda tiżdied b’0.74%.