Barranin
L-investituri fuq ix-xwiek jekk l-Amerka u ċ-Ċina jilħqux kompromess kummerċjali

Muniti

L-ewro tela’ għall-ogħla livell illum it-Tnejn hekk kif l-investituri biegħu d-dollaru u ħejjew għal swieq kemxejn inċerti qabel it-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u d-deċiżjoni dwar il-politika tal-Federal Reserve.

L-investituri huma ffukati fuq il-laqgħa tal-Federal Reserve ta’ nhar l-Erbgħa meta dawk li jagħmlu l-politiki huma mistennija jagħmlu pawża fiċ-ċiklu ta’ ssikkar tagħhom u jagħrfu r-riskji dejjem akbar għall-ekonomija tal-Istati Uniti.

Dan jista’ jaffettwa lid-dollaru li niżel 1 fil-mija sa minn Diċembru li għadda wara li kien gawda spinta mill-erba’ żidiet fir-rati tal-interess tal-Federal Reserve fl-2018.

Illum it-Tnejn, id-dollaru niżel kontra l-biċċa l-kbira tal-muniti ewlenin. L-investituri qed jistennew aħbarijiet mit-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina għada t-Tlieta u l-Erbgħa biex jaraw jekk l-akbar ekonomiji tad-dinja jistgħu jilħqu kompromess dwar il-kummerċ.

L-isterlina niżlet illum wara li kienet laħqet l-ogħla żieda l-ġimgħa li għaddiet f’aktar minn ħmistax-il xahar hekk kif l-investituri ħadu l-profitti qabel voti kruċjali bil-parlament Brittaniku bl-għan li tinstab soluzzjoni għal Brexit.

Indiċi

L-ishma Ewropej fetħu f’territorju negattiv illum hekk kif naqas l-ottimiżmu dwar it-tmiem tax-shutdown tal-gvern tal-Istati Uniti u l-investituri qed iħejju għal ġimgħa impenjattiva b’voti dwar Brexit, it-taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u d-deċiżjoni dwar il-politika tal-Federal Reserve.

Kmieni waranofsinhar STOXX 50 kien niżel 0.81 fil-mija b’bosta boroż u setturi jaraw telf hekk kif l-aħbar tat-tieni tnaqqis konsekuttiv fil-profitti industrijali Ċiniżi waqqgħet il-moral.

Wall Street fetħet f’livell inqas illum wara li qligħ dgħajjef u tbassir ta’ sena minn Caterpillar bdew il-ġimgħa b’nota negattiva u din il-ġimgħa se tkun waħda impenjattiva ħafna minħabba l-laqgħa tal-Federal Reserve u t-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Ishma

RS2 Software plc illum raw l-ikbar qligħ fil-prezz tal-ishma tagħhom ta’ 5%, madankollu l-ikbar qligħ sar minn Medserv plc li raw żieda ta’ 5.66%.

Bonds

L-ikbar qligħ fil-bonds lokali kien ta’ 5.10% 6PM Holdings 2025 b’0.98%, segwit minn żieda ta’ 0.51% ta’ 3.75% Premier Capital 2026.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt niżel bi 2 fil-mija llum wara li kumpaniji tal-Istati Uniti żiedu r-riggs għall-ewwel darba din is-sena, sinjal li l-produzzjoni taż-żejt tista’ tkompli tiżdied iżda l-prezz jidher li miexi lejn l-akbar gwadann tiegħu f’dawn l-aħħar 14-il sena.

Id-deheb niżel illum hekk kif il-ħsieb li l-Gvern jista’ jerġa’ jiftaħ dgħajjef id-domanda għad-deheb iżda l-prezzijiet baqgħu qrib il-livell ta’ $1,300 bit-tama li l-Federal Reserve iżżomm l-istess rati ta’ interess din il-ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-dollaru ssoda llum iżda xorta kien fuq id-difiża wara li uffiċjali tal-Federal Reserve saħħew l-aspettattiva ta’ tnaqqis aggressiv fir-rati tal-interessi dan ix-xahar biex jindirizzaw il-pressjonijiet dgħajfa mill-prezzijiet. F’konferenza tal-bank ċentrali,…

Barranin

Muniti L-Isterlina tbaxxiet għal inqas minn $1.24 illum, livelli li qatt ma kienet fihom għal aktar minn sentejn, hekk kif l-investituri komplew jistudjaw ir-riskji li qed jikbru li r-Renju Unit…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fil-firxa riċenti ta’ negozju kontra d-dollaru, bil-progress tiegħu limitat mill-aspettattiva dwar pożizzjoni mhux aggressiva tal-bank Ċentrali Ewropew il-ġimgħa d-dieħla u wara li l-investituri saru inqas aggressivi…

Barranin

L-ewro kien ftit aktar b’saħħtu fil-livell ta’ $1.1264 iżda ftit inqas mill-$1.1285 li laħaq nhar il-Ħamis qabel ma ħarġet id-dejta dwar l-inflazzjoni fl-Istati Uniti. Id-dollaru kien b’saħħtu l-Ġimgħa wara li…

Aktar