Barranin
L-investituri għadhom qed ibassru rebħa għall-Konservattivi fir-Renju Unit

Muniti

L-isterina ddgħajfet xi ftit illum, iżda mhux wisq ’il bogħod mill-ogħla rata f’sitt xhur kontra l-ewro, hekk kif l-investituri għadhom jaħsbu li l-Konservattivi fil-gvern ser jirbħu l-elezzjoni tax-xahar id-dieħel.

Jekk il-Konservattivi jirbħu fit-12 ta’ Diċembru, l-aspettativi huma li l-ftehim dwar il-Brexit maqbul mal-Unjoni Ewropea jkun approvat mill-House of Commons, u li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni fil-31 ta’ Jannar, u b’hekk jintemmu tliet snin u nofs ta’ inċertezza.

Id-dollaru waqqaf tlett ijiem ta’ telf kontra l-muniti rivali wara żieda fil-frank Żvizzeru u l-yen, iżda baqa’ maqbud fil-firxiet tas-soltu qabel il-ħruġ tal-minuti tal-aħħar laqgħa tal-Federal Reserve.

Fil-laqgħa tiegħu fi tmiem Ottubru, il-Federal Reserve kien naqqas ir-rati tal-interessi għat-tielet darba din is-sena, u l-hedge funds ilhom tlitt ġimgħat jistennew li d-dollaru jidgħajjef.

Indiċi

L-ishma dipendenti fuq it-tkabbir ekonomiku wasslu biex l-ishma fl-Ewropa jilħqu l-ogħla livell f’erba’ snin hekk kif posponiment temporanju għal Huawei mis-sanzjonijiet Ametrikan inkorraġixxa s-sentiment li l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja ser jilħqu ftehim dwar it-tilwima kummerċjali.

L-indiċijiet ewlenin tal-ishma f’Wall Street fetħu f’livelli għolja rekord minħabba ottimiżmu li l-Istati Uniti u ċ-Ċina ser itemmu l-gwerra kummerċjali, minkejja tnaqqis fl-ishma tal-bejgħ bl-imnut wara tbassir ikraħ mill-kumpaniji Home Depot u Kohl.

Ekwiti Lokali

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Bank of Valletta tilfu 0.89%; il-BMIT Technologies b’0.96%; il-FIMBank b’1.57%, il-GO b’1.41%; il-MIDI b’5.80% u l-RS2 Software b’0.93%. Tigne Mall ma kellhom ebda bidla fil-prezz.

Bonds

Fir-rigward tal-bonds lokali, in-1923 Investments 2024 żdiedu b’ 0.35%, l-International Hotel Investments 2025 b’0.71%; l-International Hotel Investments 2026 b’0.04%; il-Mercury Projects Finance 2027 tbaxxew b’0.93%, l-Eden Finance 2027 żdiedu b’1.91%; it-Tum Finance 2029 żdiedu b’1.46% u l-iStivala Group Finance. 2029 avvanzaw b’0.20%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tbaxxa għat-tieni jum u waqa’ taħt it-$62 kull barmil minħabba progress limitat lejn soluzzjoni għat-tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, il-produzzjoni ogħla aktar milli mistenni min-Norveġja u tbassir ta’ żieda fil-ħażniet Amerikanai taż-żejt.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.22% wara l-laqgħa mistennija tal-Bank Ċentrali Ewropew, waqt li l-yuan Ċiniż tbaxxa minħabba il-biża’ dwar it-tixrid tal-viarus. Ewro kien jiswa $1.1067. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde…

Barranin

Muniti L-ewro llum baqa’ fl-inqas livell f’xahar fost aspettattivi li l-Bank Ċentrali Ewropew ser jadottaw ton kawt meta jiltaqa’ għada. Stħarriġ mill-Istitut ta’ Riċerka Ġermaniż, ZEW, wera li s-sentiment tal-investituri…

Barranin

Muniti L-indiċi tad-dollaru, li jkejjel il-valur tiegħu ma’ grupp ta’ sitt muniti, tbaxxa għal 97.481. Waqt li kien qed jitkellem fil-Forum Ekonomiku Dinji f’Davos, il-President Donald Trump qal li dalwaqt…

Barranin

Muniti Id-dollaru llum żdied għall-ogħla livell tal-2020 wara li s-sensiela ta’ statistika tal-ġimgħa li għaddiet ikkonfermat li l-ekonomija tal-Istati Uniti tinsab f’saħħitha, waqt li l-yuan Ċiniża laħaq għal ftit ħin…

Aktar