Barranin
L-investituri għajnejhom fuq it-taħditiet dwar il-Brexit

Muniti

L-Isterlina żammet ‘il fuq minn $1.29 llum wara li statistika dwar is-suq tax-xogħol wriet li t-tkabbir fil-paga tal-ħaddiema żamm l-istess pass mgħaġġel  fi tmiem l-2018, bl-investituri iffukati mal-ewwel fuq it-taħditiet dwar il-Brexit bejn Londra u l-Unjoni Ewropea.

Waqt li l-istatistika ekonomika assumiet inqas importanza fix-xhur li għaddew hekk kif riesaq iż-żmien tal-ħruġ mill-Unjoni Ewropea, l-investituri għadhom isegwu b’attenzjoni għal sinjali fl-istatistika ta’ xi pressjonijiet oħra fuq il-pagi.

Indiċi

L-ishma fl-Istati Uniti fetħu aktar baxxi wara ż-żidiet qawwija tal-ġimgħa li għaddiet, hekk kif l-investituri ffokaw l-attenzjoni fuq l-aħħar sensiela ta’ taħditiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Id-Dow Jones fetaħ bi tnaqqis ta’ 0.05%. l-S& P60 tilef 0.23% mal-ftuħ u n-Nasdaq waqa’ b’0.29%.

Ishma

Local Shares, local Bonds and MSE index data was not provided.

Bonds

Il-prezz taż-żejt laħaq qrib l-ogħla fl-2019 ta’ kważi $67 kull barmil, sostnut mit-tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC għalkemm iż-żidiet kienu limitati minn tħassib dwar tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku li jista’ jolqot id-domanda. Iżda l-prezz tilef 1.25%.

Il-prezz tad-deheb kompla juri żieda hekk kif funds ġodda qed juru żieda qawwija fl-ewwel sitt xhur u qed jattiraw l-attenzjoni tal-analisti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Dollaru llum kien riesaq lejn tnaqqis żgħir wara li kien laħaq l-ogħla rata f’sentejn minħabba dħul inqas mill-bonds tal-Gvern Amerikan hekk kif l-investituri qed jibżgħu li t-tilwima kummerċjali bejn l-Istati…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’xahar illum hekk kif it-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina baqgħu għoljin qabel ma l-minuti tal-Federal Reserve jagħtu ħjiel dwar x’kien wassal lill-mexxejja…

Barranin

Muniti Id-Dollaru llum żamm iż-żidiet li kellu l-ġimgħa li għaddiet hekk kif l-investituri qed jistennew il-minuti tal-laqgħa tal-Federal Reserve li jistgħu jagħtu aktar ħjiel dwar x’wassal biex id-diretturi jieħdu atteġjament…

Barranin

Id-Dollaru żamm qrib l-ogħla rata f’ġimagħtejn kontra l-muniti rivali, sostnut minn statistika ekonomika tajba ferm mill-Istati Uniti u żieda fid-dħul tal-bonds tat-Teżor. L-indiċi tad-Dollaru kontra grupp ta’sitt muniti ewlenin ftit…

Aktar