Barranin
L-investituri jibqgħu kawti minħabba l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti

Id-Dollaru Amerikan jinsab maqbud f’firxa kontra l-Ewro u l-maġġoranza tal-muniti ewlenin rivali llum hekk kif l-atmosfera tal-elezzjoni laqtet lis-swieq finanzjarji.

L-investituri qed ikunu kawti hekk kif il-votanti fl-Istati Uniti qed imorru jivvutaw f’dik li mistennija tkun l-aktar elezzjoni kumbattuta ta’ nofs il-leġiżlatura għax hija l-ewwel test reali għall-Presidenza Trump.

L-elezzjoni ser twassal biex turi jekk ir-Repubblikani jkunux kapaċi li jżomm l-maġġoranza fiż-żewġt ikmamar tal-Kungress jew jekk is-sentiment favur id-Demokratiku huwiex ser iwassal sabiex il-Partit Demokratiku jikseb il-kontroll minn idejn ir-Repubblikani u potenzjalment ikollhom il-poter li jimblokka u anke jibdel xi politiki tal-President Trump.

Jekk iseħħ dan ikun ħażin għad-dollaru għax Trump ma jkunx jista’ jimplimenta aktar tnaqqis fit-taxxa u b’hekk jiġu kkumplikati l-pjani fiskali tiegħu.

Bosta stħarriġ tal-fehma pubblika jissuġġerixxu li d-Demokratiku mistennija li jiksbu maġġoranza fil-Kamra tar-Rappreżentanti iżda mhux fis-Senat. Dan ma jkunx jitqies daqshekk negattiv għad-Dollaru iżda xorta jnaqqas il-fiduċja fid-Dollaru minħabba il-biża ta’ nuqqasijiet ta’ ftehim futuri f’Washington.

L-Ewro żdied 0.21% kontra d-Dollaru għal $1.1413 hekk kif l-investituri ma ridux jagħmlu ċaqliq qabel l-elezzjonijiet. L-Ewro żdied ukoll b’0.28% kontra d-Dollaru Kanadiż; 0.19% kontra l-Yen u 0.02% kontra l-Frank Żvizzeru. L-ewro iżda tbaxxa 0.16% kontra l-Isterlina u 0.12% kontra d-Dollaru Awstraljan.

Indiċi

Sentiment ta’ kawtela ħakem lis-swieq finanzjarji globali llum hekk kif bdew l-elezzjonijiet fl-Istati Uniti u l-investituri jħejju għar-riżultat. Il-prezz bil-quddiem tal-ishma Amerikani tilfu flimkien mal-bonds tat-Teżor waqt li kien hemm ukoll tnaqqis fl-ishma Ewropej.

L-avvenimenti politiċi tal-ġimgħa laqtu lis-swieq bl-elezzjonijiet Amerikani u l-qagħda fir-Renju Unit fejn il-Prim Ministru Theresa May qed titħabat biex tilħaq ftehim dwar il-Brexit.

Fl-Ewropa, il-FTSE 100 tbaxxa b’1.05%; l-iSTOXX b’0.54%; id-DAX b’0.44% u l-CAC 40 b’0.53%.

Id-Dow Jones llum fetaħ 0.23% ogħla waqt li kien hemm ukoll żieda ta’ 0.170 fl-indiċi tal-Borża ta’ Malta.

Ishma

L-ishma tal-GO, tal-FIMBank u tal-Bank of Valletta żdiedu b’0.70% bil-GO jitilgħu l-aktar bi 2.00% għal €4.08. Il-PG, l-RS2 Software u Santumas Shareholdings ma kellhom ebda ċaqliq minkejja n-negozju fihom. Il-Plaza Centres tilfu 0.96% biex għalqu €1.03.

Bonds

Fil-bonds lokali kien hemm żieda ta’ 0.24% f’Simonds Farsons Cisk 2027; 0.10% fil-Corinthia Finance 2026 u 0.01% fiċ-Central Business Centres 2021.

Sadattant tnaqqis ta’ 0.02% deher fl-SD Finance 2027; 0.03% fil-Hudson Malta 2026; 0.10% fl-International Hotel Investments 2024 u 0.24% fl-iStivala Group Finance 2027.

Il-prezzijiet taż-żejt fis-swieq Ewropej resqu lejn is-seba jum infila ta’ telf. Il-Brent tilef 0.57% għal $72.73 u l-U.S. Light crude tilef 0.40% għal $62.85.
Sadattant, il-prezz tad-deheb żdied 0.17% għal $1,233.70 u l-fidda naqset b’0.02% għal $14.6375.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar baxx kontra l-parti l-kbira tal-muniti tal-Grupp tal-10 hekk kif il-Yen u l-Frank Żvizzeru avvanzaw minħabba tħassib dwar il-kummerċ, waqt li l-Isterlina ssaħħet għax l-investituri biegħu l-munita…

Barranin

L-Isterlina tbaxxiet għall-inqas rata tagħha fi kważi 18-il xahar waqt li kien hemm irkupru fil-bonds tal-Gvern Ingliż hekk kif kien irrapportat li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May ħassret vot kruċjali…

Barranin

Il-ġimgħa li għaddiet l-ewro għadda minn fażi ta’ konsolidament kontra l-Isterlina wara dak li deher li kien laħaq qabeż l-inqas livell minn Awwissu. Dan iżda kien falz. Minn dak iż-żmien,…

Barranin

Muniti Iż-żona ewro mhux qed turi ebda sinjali ta’ tisħiħ ekonomiku bl-Italja f’xifer ta’ riċessjoni wara li l-gvern populista daħal f’battibekk mal-awtoritajiet Ewropej dwar il-pjanijiet tal-infiq. Bħalissa s-sitwazzjoni fir-reġjun magħmul…

Aktar