Barranin
L-investituri jridu jaraw x’issarraf qabel jinvestu fl-ewro

Muniti

Id-dollaru kien ġeneralment ogħla kontra l-muniti meqjusa bħala siguri bħall-yen u l-Frank Żvizzeru, mgħejjun minn sentiment ta’ riskju minħabba t-tamiet dwar ftehim kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-istatistika tajba dwar l-impjiegi, eskluża l-biedja, mill-Istati Uniti għall-Ottubru.

Is-sentiment tal-investituri lejn l-ewro kien imħallat hekk kif stennew l-ewwel diskors ta’ Christine Lagarde bħala President tal-Bank Ċentrali Ewropew. Il-munita unika żdiedet kontra d-dollaru tal-Awstralja u tal-Kanada waqt li tilef kontra l-Isterlina u l-Yen.

Indiċi

Is-swieq finanzjarji Ewropej kienu aktar baxxi u d-Dow Jones kien aktar b’saħħtu, u dan naqqas id-domanda għal investimenti meqjusa siguri wara li l-akbar żewġ ekonomiji tad-dinja t-tnejn qalu li għamlu progress fit-taħditiet. L-uffiċjali Amerikani qalu li l-ewwel fażi tal-ftehim tista’ tkun iffirmata dan ix-aħar. L-aktar ċaqliq notevoli fid-direzzjoni negattiva kien il-FTSE 100.

L-ishma lokali llum kienu bilanċjati bil-Malta International Airport jiżdiedu b’aktar minn 2% waqt li l-HSBC Bank Malta tilfu aktar minn 2%. Trident Estates żdiedu 0.66% waqt li kien hemnm tnaqqis ta’ 0.55% fil-Malita Investments. Numru ta’ ishma kienu negozjati bla ebda ċaqliq.

L-Ishma

L-Ishma kienu aktar pożittivi milli negattivi hekk kif l-Exalco Finance żdiedu b’5%, aktar miż-żidiet solidi ta AX Investments u Hudson Malta. Il-Hili Finance u TumFinance tilfu aktar minn 1%.

Fil-qasam taż-żejt baqgħet misteru r-reġistrazzjoni tal-kumpanija ġgant Sawdija, Aramco, jum wara li l-kumpanija finalment ħabbret il-pjani tagħom, bi ftit dettalji magħrufa u evalwazzjoni esperta jgħidu li tkun bejn $1.2 u $2.3 Triljuni. Sadattant il-prezz taż-żejt mhux raffinant tilef 0.27% u Brent kien ftit negattiv.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu u dak tal-fidda kien id-doppju hekk kif kien hemm żieda ta’ 0.68% fid-deheb u 1.25% fil-fidda.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru rkupra xi telf tal-bidu hekk kif l-istatistika ekonomika dgħajfa u t-tħassib dwar jekk l-Istati Uniti u ċ-Ċina humiex ser jilħqu ftehim laqtu ħażin l-appell tad-dollaru bħala munita sigura….

Barranin

Muniti Id-dollaru ftit li xejn inbidel wara li l-President Trump f’diskors li għamel ma ta ebda dettalji ġodda dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina. Il-Frank Żvizzeru tela’ għall-ogħla rata f’xahar kontra l-ewro…

Barranin

Muniti Id-dollaru kien aktar b’saħħtu kontra l-yen u l-Frank Żvizzeru hekk kif l-investituri kienu aktar ottimisti qabel diskors tal-President Trump, li fih mistenni li jipposponi tariffi fuq il-karozzi Ewropej b’sitt…

Barranin

Id-dollaru żamm iż-żidiet tiegħu kontra l-yen u l-frank Żvizzeru llum hekk kif l-investituri xtraw assi aktar riskjużi wara l-aħbar li ċ-Ċina u l-Istati Uniti qablu li jirtiraw tariffi bħala parti…

Aktar