Barranin
L-investituri kawti li jinvestu bil-kbir qabel il-btajjel tal-Milied u t-taħdidiet dwar Brexit

Muniti kontra l-ewro

Id-dollaru llum kien sostnut mill-istennija qawwija li r-riformi fiskali tal-President Trump ser jgħaddu mill-Kungress waqt li l-ewro kellu l-appoġġ ta’ żieda qawwija mid-dħul mill-bonds Ġermaniżi.

L-isterlina żdiedet kontra d-dollaru u l-ewro f’ġurnata kwieta ta’ negozju, bl-investituri kawti li jinvestu bil-kbir qabel il-btajjel tal-Milied u t-tieni fażi tat-taħditiet dwar Brexit tas-sena d-dieħla.

Id-dollari tal-Awstralja u tan-New Zealand waqgħu għall-inqas livell f’ġimgħa kontra l-ewro għax id-dħul mill-bonds għal terminu twil sostnew lill-munita unika, mossa li kompliet tgħolli d-dħul mill-bonds.

Indiċi

Id-Dow Jones kien xi ftit pożittiv mal-ftuħ u mexa kontra d-direzzjoni tal-indiċijiet Ewropej li konsistentament tbaxxew.  L-inqas milqut kien il-FTSE 100 li kien 0.13% inqas mill-bieraħ. F’territorju aktar negattiv kienu l-iSTOXX 50 li tbaxxa b’0.5% u d-DAX li tilef 0.73%. L-indiċi lokali kien pożittiv b’żieda ta’ 0.11%.

Isħma lokali

Fis-sessjoni tal-isħma lokali, il-Plaza Centres żdiedu u tellgħu l-indiċi ‘il fuq u spiċċaw b’żieda ta’ 7% mill-ftuħ. Il-GO żdiedu qrib il-1%. F’territorju negattiv, bi ftit telf kienu l-Malta International Airport b’0.22%. Il-Bank of Valletta u l-FIMBank ma kellhom ebda bidla minkejja li kienu negozjati.

Bonds lokali

Il-ġurnata kienet xi ftit aktar pożittiva għall-bonds lokali fejn l-Island Hotels Group Holdings 2024 żdiedu qrib it-2%. Il-MeDirect Bank żdiedu qrib il-1% waqt li l-MIDI u l-International Hotel Investments it-tnejn żdiedu b’0.49%. Fin-naħa negattiva kien hemm il-Van der Heyden Group, id-Dizz Finance u l-Medserv li kollha tilfu qrib iz-0.5%.

Indikaturi ekonomiċi

Il-Bank Ċentrali Żvediż beda passi żgħar biex jirriversja il-politika monetarja ultra-laxka, ma bidilx ir-rati tal-interess u ma kompliex jixtri bonds ġodda. Ir-rata ta’ intervent tal-bank baqgħet 0.5% taħt iż-żero (-0.5%).

Prodotti Essenzjali

In-negozjanti fiż-żejt mhux raffinat bdew iqisu l-prezz wara li reġgħet bdiet il-fornitura taż-żejt mill-Baħar tat-Tramuntana fuq il-pipeline Forties, bil-prezzijiet u xiri jirritornaw għal-livell ta’ qabel l-għeluq tal-pipeline.

Il-prezzijiet tad-deheb żdiedu għar-raba’ jum minħabba li l-istennija li l-Gvern Amerikan ser jgħaddi l-liġi dwar l-akbar riforma fiskali fi 30 sena żammet lid-dollaru sod.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti L-isterlina waqgħet, l-ishma fl-Ewropa tbaxxew u l-prezzijiet bil-quddiem għall-ishma fl-Istati Uniti tilfu ż–żidiet li kellhom, hekk kif sensiela ta’ ministri Ingliżi rriżenjaw bi protesta għal ftehim tal-Prim Ministru Theresa…

Barranin

Id-Dollaru ddgħajjef xi ftit fost xiri u bejgħ wara li l-inflazzjoni tal-konsumatur fl-Istati Uniti kienet kważi kif stmata, bl-inflazzjoni ewlenija minn sena għal sena titbaxxa xi ftit. L-Ewro żdied b’0.12%…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan qed jieħu ftit tan-nifs wara li laħaq l-ogħla livell għall-2018 fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Madankollu, ir-raġuni għal pawża mhijiex minħabba l-politika dwar l-ekonomija Amerikana, il-politika tal-Federal Reserve…

Barranin

Id-Dollaru żdied wara li laħaq l-ogħla livell f’sena fost dgħufija fl-Ewro u l-Isterlina, hekk kif in-negozjati dwar Brexit huma weqfin u t-tħassib dwar it-tkabbir ekonomiku qajjem aktar dibattitu dwar il-projezzjonijiet…

Aktar