Barranin
L-investituri kawti qabel ix-xhieda tal-President il-ġdid tal-Federal Reserve

Muniti

Id-dollaru ssoda kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin, bl-investituri kawti qabel ix-xhieda mill-President il-ġdid tal-Federal Reserve, Jerome Powell, li tista’ tiddetermina jekk hux ser ikompli l-irkupru tal-munita mill-inqas livell fi tliet snin.

L-isterlina tbaxxiet minħabba s-saħħa tad-dollaru hekk kif l-investituri baqgħu mbeżża’ li l-isterlina żżid fil-valur qabel ix-xhieda ta’ Powell. B’mod ġenerali, l-ewro kien aktar b’saħħtu kontra l-parti l-kbira tal-muniti ewlenin iżda l-attività u l-volatilità kienu aktarx baxxi hekk kif l-investituri kienu kawti li ma jixtrux.

Indiċi

L-attività tal-għaqda u l-akkwist ta’ kumpaniji fetħet bidu aktar riżervat għan-negozju fl-ishma fl-Ewropa wara li l-Comcast għamlet offerta lill-grupp tat-television bi ħlas Sky, u b’hekk kien hemm żieda fil-prezz tal-ishma tagħha.

L-indiċi Stoxx 50 żdied 0.1% kmieni filgħodu, waqt li kien hemm żieda ta’ 0.3% fil-FTSE 100. Is-suq aktar tard tbaxxa hekk kif daħlet il-kawtela qabel ix-xhieda tal-President tal-Federal Reserve. Kollox ma kollox, in-negozju fl-Ewropa kien baxx, bid-DAX fuq quddiem fit-tnaqqis u tilef 0.5% matul wara nofsinhar. It-Topix tal-Ġappun kien aktar b’saħħtu u għalaq il-ġurnata b’żieda ta’ kważi 1%. L-ishma fl-Istati Uniti fetħu baxxi. L-indiċi tal-Borża ta Malta għalaq 0.31% ogħla.

Ekwiti Lokali

In-negozju fl-ishma lokali llum kien aktar pożittiv hekk kif l-HSBC għalqu b’żieda ta’ 2.63% għal €1.95. Il-Medserv kienu 1% ogħla. Il-Malita Investments tilfu 0.6% waqt li l-GO kellhom tnaqqis ta’ ftit aktar minn 1%. Il-Malta Properties Company tilfu 1.64% tal-valur.

Bonds

Il-bonds lokali kienu nnegozjati ogħla hekk kif il-GlobalCapital 2021 żdiedu bi 2.05%, il-Bank of Valletta b’1.75% u l-Malta Hotel Investments b’żieda ta’ 1.43%. Ċaqliq żgħir seħħ fil-MeDirect, 6pm Holdings u Von dey Heyden Group. L-Eden Finance bonds 2027 tilfu 0.76%.

Prodotti Essenzjali

Il-prezz taż-żejt tbaxxa qabel l-istatistika ta’ kull ġimgħa li hija mbassra li ser turi żieda fl-inventarji taż-żejt mhux raffinat fl-Istati Uniti, għalkemm l-fiduċja tal-investituri fl-abbiltà tal-OPEC li tnaqqas il-produzzjoni għenet biex ma jkunx hemm waqgħa akbar fil-prezz.

Anke l-prezzijiet tad-deheb waqgħu hekk kif in-nervożiżmu ħakem lill-invesdtituri qabel ix-xhieda ta’ Jerome Powell u hekk kif analista wissa li d-deheb huwa vulnerabbli għall-bejgħ biex jinkiseb il-qligħ,.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-Dollaru reġa’ waqa’ għall-inqas livell f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti ewlenin hekk kif naqas it-tħassib dwar l-impatt tat-tilwima kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti. Is-swieq finanzjarji issa qed…

Barranin

Id-Dollaru resaq lejn l-inqas rata f’seba’ ġimgħat kontra grupp ta’ muniti oħrajn, waqt li l-muniti bbażati fuq l-prodotti essenzjali avvanzaw wara serħan li l-aħħar rawnd ta’ tariffi mħabbra miċ-Ċina u…

Barranin

Muniti Id-Dollaru żamm qrib l-inqas rati f’seba’ ġimgħat kontra r-rivali tiegħu waqt li muniti riskjużi żdiedu wara li l-President Trump kabbar it-tilwima maċ-Ċina bl-impożizzjoni ta’ tariffi ta’ 10% fuq madwar…

Barranin

Id-Dollaru llum tilef iż-żidiet bikrija u tbaxxa waqt li l-muniti tas-swieq emerġenti tilfu kważi nofs punt perċentwali hekk kif l-investituri qed jistennew il-mossa li tmiss fit-tilwima kummerċjali bejn l-Istati Uniti…

Aktar