Barranin
L-investituri ottimisti dwar il-prospetti ekonomiċi globali minħabba t-tilqim kontra l-Covid-19

Id-dollaru Amerikan ra bejgħ ġdid b’reazzjoni għal kummenti moderati miċ-Ċermen tal-Federal Reserve Jerome Powell. Ir-rata tal-ewro kontra d-dollaru telgħet ‘il fuq minn $1.2170 hekk kif tjieb is-sentiment tas-suq. Powell ser jerġa’ jixhed fil-Kungress wara li wiegħed li ser ikompli jsostni l-ekonomija b’effett kuntrarju għad-dollaru., Madankollu, ir-rata tbaxxiet minn $1.2180 għal $1.2130.

L-ewro tilef 0.08% kontra l-Isterlina għal 0.8601 pence. Ir-rata dan l-aħħar tbaxxiet għal livelli baxxi ġodda minn Frar 2020 qabel irkuprat. Fl-istess ħin, l-ewro tilef 0.06% kontra d-Dollaru Awstraljan u 0.15% kontra dak Kanadiż. Sadattant l-ewro żdied 0.57% u 0.15% kontra kil-Yen u l-Frank Żvizzeru rispettivament.

Indiċi

Is-swieq tal-ishma Ewropej illum ġeneralment urew żieda, iżda mhux daqs l-ogħla livell tas-sessjoni. L-ishma kienu taħt pressjoni madwar l-Asja, iżda bnadi oħra l-kummenti taċ-Ċermen tal-Federal Reserve li wiegħed appoġġ għat-tkabbir ekonomiku għenu biex saħħew is-sentiment.

Il-FTSE 100, l-iSTOXX 50 u l-CAC 40 żdiedu b’0.23%, 0.45% u 0.08% rispettivament. Id-DAX li lbieraħ tbaxxa wera żieda ta’ 0.78%, hekk kif kumpaniji li bbenefikaw minn xogħol mid-dar stablizzaw irwieħhom u wara reviżjoni ‘l fuq mhux mistennija fil-Prodott Domestiku Gross tar-raba’ kwart tas-sena. L-indiċijiet fl-Istati Uniti fetħu aktar baxxi bid-Dow Jones jitlef 0.38%.

Ishma Lokali

Fl-ishma lokali, Simonds Farsons Cisk kienu fuq quddiem tat-telf bi 2.53%. Il-Bank of Valletta tilfu 1.30% u l-GO 0.60%. Il-Malta International Airport, il-MaltaPost u l- PG ma kellhom ebda movement minkejja n-negozju fihom. Il-Loqus Holdings avvanzaw 3.16%

Is-suq tal-bonds lokali kellu sessjoni pożittiva. L-International Hotel Investments 2026 żdiedu 0.93%; il-Medserv 2020-2023 avvanzaw 1.00%; il-Cablenet Communications Systems 2030 żdiedu 1.61% u l-International Hotel Investments 2021 żdiedu 2.00%. F’territorju negattiv kien hemm il-Hili Finance Company 2028 b’1.47%; l-iStivala Group Finance 2029 b’0.73% u l-AX Group 2026 L-Ewwel Serje b’0.49%.

Il-prezzijiet taż-żejt reġgħu żdiedu wara t-tnaqqis tal-bieraħ. Il-Brent żdied 1.38%, għal $66.26 u l-West Texas Intermediate avvanza 1.26%, għal $62.45.

Il-prezz tad-deheb kompla jitħabat għal direzzjoni u baqa’ fil-firxa taħt il-livell ta’ $1,810. Il-fidda tilfet ukoll b’0.05% għal $27.66. L-investituri baqgħu ottimisti dwar il-prospetti ekonomiċi globali minħabba t-tilqim kontra l-Covid-19 u l-progress dwar il-pakkett ta’ stimulu Amerikan ta’ $1.9 triljun.