Barranin
L-investituri qed jistennew li l-parlamentari Ingliżi ma jaċċettawx li r-Renju Unit joħroġ mill-UE

Muniti

L-Isterlina żdiedet illum hekk kif l-investituri qed jistennew li l-parlamentari fir-Renju Unit ma jaċċettawx li l-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ebda ftehim waqt li d-Dollaru Awstraljan tilef wara li l-istatistika dwar il-fiduċja tal-konsumatur uriet li din tbaxxiet għall-inqas livell minn Settembru 2017.

Id-Dollaru Kanadiż ftit li xejn inbidel kontra dak Amerikan fost żieda fil-prezz taż-żejt. L-investituri qed jistennew diskors minn uffiċjal tal-Bank of Canada biex jiksbu ħjiel dwar id-direzzjoni futura. Id-Dollaru Amerikan u l-Frank Żvizzeru ma ċċaqalqux bejniethom u lanqas kontra l-ewro.

Indiċi

Il-boroż finanzjarji kienu mħallta bl-Istati Uniti jiftħu bi tnaqqis ta’ 0.7% wara rendiment negattiv mit-TOPIX tal-Ġappun li tilfet 0.84%. L-Ewropa kienet aktar ibbilanċjara bid-DAX jitlef 0.17% u l-CAC 40 jiżdied b’0.08%. Il-FTSE 100 żdied ftit inqas minn 0.29%.

Ishma

L-ishma lokali kienu mxaqilba lejn in-negattiv bil-Bank of Valletta jiżdied qrib il-1% waqt li l-ishma nnegozjati l-oħra tilfu. Il-Malita Investments tilfu 0.56% waqt li l-Grand Harbour Marina, u t-Trident tbaxxew b’aktar minn 2%. Il-Malta Properties tilfu aktar minn 3%.

Bonds

Il-bonds lokali kienu pożittivi bil-Medserv 2026 jiżdiedu bi kważi 3% waqt l-Von der Heyden Group, il-Bortex Group Finance u l-Hal Mann Vella Group żdiedu qrib 1%.Il-Hili Finance tilfu 0.78% waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 1½% fis-6pm Holdings.

Il-prezzijiet taż-żejt żdiedu bi ftit aktar minn 0.5%. Dan kien riżultat ta’ rapport dwar l-industrija taż-żejt li wera tnaqqis mhux mistenni fil-ħażniet Amerikani u kif ukoll it-tnaqqis ippjanat u t-tfixkil għall-produzzjoni mill-OPEC li qed inaqqsu l-provvista.

Iż-żidiet fil-prezz tad-deheb u tal-fidda kienu aktar modest b’0.23% u 0.1% rispettivament.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tamiet dwar progress fit-taħditiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina żammew lid-dollaru f’livelli baxxi u żiedu l-livelli ta’ muniti aktar riskjużi filwaqt li kummenti ottimisti mill-Ewropa dwar Brexit saħħew lill-Isterlina. Id-dollaru…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssaħħaħ illum meta t-tamiet għal progress fit-taħditiet kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti ddgħajfu u l-investituri fittxew assi inqas riskjużi filwaqt li l-Isterlina baqgħet fl-iktar livelli baxxi f’dan…

Barranin

Muniti Id-dollaru ssoda llum, u waqqaf erbat ijiem ta’ telf, hekk kif tħassib ġdid dwar il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina żamm is-sentiment ta’ riskju baxx u b’muniti marbuta mal-kummerċ bħad-dollaru Awstraljan taħt…

Barranin

Muniti L-ewro tilef 0.28% kontra d-dollaru għal $1.0990 waqt li l-Isterlina żdiedet għal $1.2399. Il-Brexit issa jinsab riesaq wara lil-Gvern tar-Renju Unit issottometta l-aħħar proposti tiegħu lill-Unjoni Ewropea hekk kif…

Aktar