L-investituri qed jistudjaw l-aħħar sforzi sabiex ikun ikkontrollat il-coronavirus

Id-dollaru u l-muniti sikuri tilfu illum hekk kif l-investituri qed jistudjaw l-aħħar sforzi sabiex ikun ikkontrollat il-coronavirus u t-tentattivi taċ-Ċina biex issostni l-ekonomija. L-ewro tilfef 0.14% kontra d-dollaru għal $1.1043.

L-Isterlina irkuprat mill-inqas livell f’sitt ġimgħat kontra d-dollaru wara stastistika dwar is-settur tal-kostruzzjoni li kienet aħjar milli mistennija. Dan ibbilanċja t-tħassib dwar Brexit bla ftehim imqanqal mill-pożizzjoni iebsa tal-gvern fit-taħditiet kummerċjali mal-Unjoni Ewropea.

Il-moviment irkupra t-telf fin-negozju bikri kontra d-dollaru aktar b’saħħtu li estenda it-telf ta 1% tal-bieraħ minħabba t-tħassib dwar ftehim kummerċjali mal-Unjoni Ewropea.  Wara nofsinhar l-Isterlina żdiedet b’0.25% għal $1.3029 u 0.31% mal-ewro għal 0.8484 pence kull ewro.

L-ishma Ewropej żdiedu llum, u segwew irkupru żgħir fl-ishma Ċiniżi, waqt li l-ishma tar-riżorsi u tal-minjieri żdiedu wara li l-kumpanija ewlenija tal-minjieri Glencore  żammet il-prospetti għal produzzjoni għal 0202.

L-indiċi ewlenin żdiedu madwar 1% għat-tieni jum wara l-ieħor mill-bejgħ qawwi tal-ġimgħa li għaddiet b’intervent ġdid mill-bank ċentrali  u dan ikkalma s-sentiment tal-investituri.

Fis-settur tal-ishma lokali, dawn kienu b’mod ġenerali pożittivi bl-hSBC Bank jiżdiedu 1.90%, l-International Hotel Investments b’1.88%, il-MIDI bi 2.13%, il-Malta International Airport avvanzaw b’1.46% u l-Mapfre Middlesea b’1.72%. Il-Bank of Valletta u t-Tigne Mall ma kellhom ebda bidla perċentwali minkejja li kienu nnegozjati.

Fis-sessjoni tal-bonds lokali, il-Hili Finance Company 2029 żdiedu b’0.29%. il-Hili Properties 2025 tilfu 0.39%, l-International Hotel Investments 2024 baqsu b’1.41%, il-Mariner Finance 2024 tilfu 0.75%, il-Merkanti Holding 2026 tilfu 0.20%, il-Mercury Projects Finance 2031 tbaxxew b’0.64% u l-Premier Capital 2026 kein l-akbar tel;life bi tnaqqis ta 3.09%.

Il-prezzijiet taż-żejt irkupraw fuq tamiet ta aktar tnaqqis fil-produzzjoni mill-OPEC u l-alleati biex ipattu għal xi tnaqqis fid-domanda  minħabba l-coronavirus.

Il-prezz tad-deheb tbaxxa għall-inqas livell f’ġimgħa hekk kif issoda d-dollaru u żdiedu l-ishma wara li l-miżuri Ċiniżi biex itaffu l-effwett tekonomiku tal-virus qajmu sentiment ta’ riskju.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan tilef iż-żidiet bikrin illum bl-investituri fil-muniti ma jagħtux każ it-tensjonijiet diplomatiċi bejn l-Istati Uniti uċ-Ċina u ż-żieda fil-każi tal-coronavirus. Waqt li s-swieq finanzjarji għal bidu tbaxxew hekk…

Barranin

Din hija l-ġabra ta’ aħbarijiet finanzjarji ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa miġbura minn BNF Bank. Muniti Il-yen tela’ għall-ogħla rata f’ġimagħtejn u muniti sensittivi għar-riskju tbaxxew wara żieda fl-infezzjonijiet ġodda…

Barranin

Muniti Id-dollaru Amerikan llum tbaxxa kontra l-parti l-kbira tal-muniti hekk kif rkupru f’assi riskjużi bħall-ishma globali u prodotti essenzjali naqqsu d-domanda għall-munita Amerikana meqjusa bħala sikura. L-ewro żdied 0.1% għal…

Id-dollaru tbaxxa kontra r-rivali tiegħu għax l-investituri evalwaw it-tamiet ta’ rkupru ekonomiku ta’ malajr kontra l-biża’ dwar il-qawmien mill-ġdid tal-pandemija, partikularment fl-Istati Uniti. Id-domanda għad-dollaru baqgħet stabbli hekk kif il-prezzijiet…

Aktar