Barranin
L-irkupru taż-żejt mhux raffinat qed jingħata għajnuna mill-aħbar li bastiment inkalja fil-kanal tas-Suez

Muniti

L-ewro kien qed jiġi nnegozjat taħt id-$1.1850, qrib l-inqas livell f’erba’ xhur. Id-dollaru qed jibbenefika minn prospetti tajbin fl-Istati Uniti waqt li ż-żona ewro qed titħabat minħabba kampanja kajmana ta’ tilqim. Iċ-ċifri dwar is-settur tal-manifattura fiż-żona ewro għelbu l-aspettattivi waqt li l-ordnijiet għall-oġġetti durabbli fl-Istati Uniti għamlu l-istess.

L-isterlina qed titħabat qrib id-$1.37 hekk kif il-munita Amerikani qed tavvanza fl-inħawi kollha tad-dinja. L-isterlina hija taħt pressjoni għax l-inflazzjoni fl-oġġetti għall-konsumatur ma laħqux l-estimi b’0.4% u fost tħassib li l-kampanja ta’ tilqim kontra l-Covid fir-Renju Unit tista’ tnaqqas mir-ritmu.

Indiċi

L-indiċijiet ewlenin fl-Istati Uniti fetħu ogħla fost titjib modest fis-sentiment ta’ riskju. Id-Dow Jones fetaħ b’żieda ta’ 1%, l- S&P 500 b’0.47% u n-Nasdaq b’0.2%. L-ishma Asjatiċi baqgħu batuti minħabba sentiment ta’ nuqqas ta’ riskju. Fl-Ewropa l-indiċijiet baqgħu newtrali iżda l-indiċi Ġermaniżi kien deċiżament aktar baxx hekk kif bdew jinħassu r-restrizzjonijiet aktar iebsin tal-lockdown. L-indiċi lokali tbaxxa, minħabba it-telf fil-Mapfre u l-HSBC.

Ishma

Fil-qasam tal-ishma lokali, il-Lifestar kienu fuq quddiem b’żieda ta’ 1.37%. L-ishma tal-GO kienu l-uniċi ishma oħrajn li avvanzaw b’0.56%. F’territorju negattiv kien hemm il-Malita Investments u l-BMIT Technologies li tilfu bejn nofs punt perċentwali u 1% waqt li l-Mapfre ui l-HSBC tilfu bejn l-4% u l-5%.

Fil-bonds lokali, it-Tumas Inverstments żdiedu 2%. Fuq in-naħa l-oħra, AX Investments uj l-Hili tilfu kważi 2%. Iċ-Central Business Centre u l-GAP żdiedu b’0.99% waqt li tilfu bl-istess marġini l-bonds tal-International Hotel Investments u n-1923 Investments.

L-irkupru modest taż-żejt mhux raffinat qed jingħata għajnuna mill-aħbar li bastiment inkalja fil-Kanal tas-Suez, u b’hekk għalaq temporanjament l-aktar passaġġ importanti fid-dinja għall-bastimenti, partikularment għat-trasport taż-żejt mhux raffinat mill-Lvant Nofsani lejn l-Ewropa u l-Amerika ta’ Fuq. Bosta djar ta’riċerka dwar l-enerġija jistmaw li baħlissa hemm bejn 10 u 13-il miljun barmil żejt maqbudin.

Id-deheb baqa’ f’fażi ta’ konsolidament llum. Id-dollaru Amerikan beda jissaħħaħ hekk kif beda jiżdied id-dħul mill-bonds ta 10 snin tat-Teżor Amerikan. Minkejja ż-żieda fid-dollaru, il-prezz tal-fidda żamm mhux ħażin. Huwa sab appoġġ tajjeb fil-livell ta’ $25.00 li kien żona important ta’ sostenn dan
ix-xahar.